PROĠETT TAL-MHRA INTIŻ BIEX IĦARREĠ 430 ĦADDIEM FL-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU
Sena wara l-oħra it-turisti f’pajjiżna qed jibqgħu jiżdiedu. L-2011 kienet sena rekord b’aktar minn 1.4 miljun turist li żaru lil Malta u Għawdex. Bejniethom nefqu 1.2 biljun ewro li tfisser 857 ewro kull wieħed. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena diġa żaru Malta 460,000 turist. Dawn ir-riżultati pożittivi qed iwasslu biex l-industrija tat-turiżmu tkompli toħloq ix-xogħol tant li 98 fil-mija tal-gradwati tal-ITS sabu impjieg.
Dan sostnieh il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) li matulha tnieda proġett intiż biex jitħarreġ 430 ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu.
Il-Ministru Said qal li minħabba l-importanza tal-industrija tat-turiżmu għall-ekonomija tal-pajjiż, hu meħtieġ li l-ħaddiema fis-settur jibqgħu jitħarrġu sabiex jassiguraw li jagħtu l-aħjar servizz lit-turisti li jżuruna. Il-proġett mmexxi mill-MHRA hu intiż propju sabiex ikompli jħarreġ lill-front-liners li jiġu f’kuntatt dirett mat-turisti u biex b'hekk jkattru l-gharfien taghhom dwar il-kultura u l-istorja Maltija.
F'Malta hawn 162 intrapriża li jaħdmu direttament fis-settur turistiku. Ghal dan il-proġett il-partecipanti minn dawn l-intraprizi ser jinghataw mawra fuq open buses u lanec filwaqt li jzuru numru ta' siti storici u turistici f’pajjiżna.
Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-President tal-MHRA Tony Zahra u mid-Direttur Maniġerjali ta’ Fortel Group Michael Zammit Tabona li qed ighin sabiex dan il-progett ikun possibli.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017