Left arrow Go Back

RIŻULTATI TAJBIN ĦAFNA FL-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA AVANZATA

pr1567
Date Icon 16/07/2012

Aktar minn 78.23% student u studenta għaddew mill-eżami tal-Matrikola f’Livell Avanzat, filwaqt li 82% ta’ dawk li għamlu l-eżami fil-livell Intermedju għaddew ukoll.

Din is-sena kien hemm 9933 eżami fi 28 suġġett f’livell Intermedju filwaqt li fil-Livell Avanzat saru 6127 eżami ukoll fi 28 suġġett.

Fil-Matrikola, riżultati minn A sa E ifisser li l-kandidat ikun għadda mill-eżami. Imma, biex student jidħol għal numru ta’ korsijiet, hemm bżonn grad minn A sa C, dejjem skont il-kriterji stabbiliti.

Kien hemm madwar 4000 student u studenta li għamlu l-eżamijiet fil-Livell Intermedju u Avanzat  Fil-Livell Intermedju kien hemm 82% li kisbu riżultat minn A sa E filwaqt li aktar minn nofs dawn l-istudenti jiġifieri 51% kisbu minn A sa C.

Fil-livell Avanzat 48.41% kisbu grad minn A sa C u 78.23% kisbu riżultat minn A sa E.

Dan huwa riżultat tajjeb għall-istudenti tagħna li issa għandhom il-bibien miftuħa biex ikomplu javanzaw u jispeċjalizzaw fl-istudji tagħhom fuq livell terzjarju.

Fi ftit ġimgħat oħra se jsiru r-resits ta’ dawn l-eżamijiet għal dawk l-istudenti li jixtiequ jtejbu l-grad tagħhom. L-istudenti rċevew dawn ir-riżultati permess ta’ sms lejn tmiem il-ġimgha li għaddiet u mistennija jirċevuhom bil-posta fil-jiem li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow