Left arrow Mur Lura

1,865 ŻAGĦŻUGĦ U ŻAGĦŻUGĦA LI NVESTEW FL-ISTUDJI TAGĦHOM QED JIFFRANKAW 7 MILJUN EWRO MIT-TAXXA PERMEZZ TAL-ISKEMA ‘GET QUALIFIED’

pr1558
Date Icon 13/07/2012

1,865 żagħżugħ u żagħżugħa li nvestew fl-istudji tagħhom qed jiffrankaw 7 miljun ewro mit-taxxa permezz tal-Iskema Get Qualified, li hija mħaddma mill-Malta Enterprise. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech waqt żjara fl-istituzzjoni edukattiva STC Training f’Pembroke, fejn iltaqa’ ma’ numru ta’ studenti u ra numru ta’ proġetti żviluppati minnhom bħala parti mill-istudji prattiċi tagħhom.

Il-Ministru Fenech spjega kif l-iskop wara l-iskema Get Qualified hija proprju li tinċentiva lil dawk l-istudenti li jkomplu jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom, u jagħżlu li jagħmlu dan b’mod privat, f’livelli li jinkludu diplomi u degrees minn istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta kemm f’Malta jew barra. Dawn jistgħu jiffrankaw sa €20,000 mill-kont tat-taxxa tagħhom.

Din l-iskema bniet fuq l-iskema MyPotential, li kienet iffukata fuq l-ICT u li meta tgħodd ukoll dawk li kienu gawdew minnha, it-total jitla’ għal 13-il miljun bejn 3,300 student. Il-Ministru Fenech spjega kif fid-dawl tal-Viżjoni ekonomika tal-Gvern għall-2015, il-Gvern iddeċieda li jestendi l-iskema myPotential għal setturi oħra relatati ma’ din il-Viżjoni, bħas-servizzi finanzjarji, il-farmaċewtika u x-xjenzi, fost l-oħrajn.

Il-Ministru tkellem fuq kif l-istrateġija ekonomika tal-Gvern qed tattira lejn Malta investiment u jobs ta’ kwalità, u fl-istess waqt, il-Gvern kien qed jalloka riżorsi importanti lejn is-settur edukattiv ta’ pajjiżna biex nassiguraw li l-ħaddiem Malti u Għawdxi jibbenefika mill-opportunitajiet li qed jinħolqu.

Tonio Fenech faħħar l-isforzi ta’ STC Training li barra li  toffri korsijiet li jiffukaw fuq il-qasam tat-teknoloġija tal-informatika, qed tifrex ukoll f’setturi aktar innovattivi bħar-robotika u d-digital gaming u anke t-tmexxija ta’ negozju, korsijiet li jħarrġu liż-żgħażagħ tagħna għal impjiegi ta’ kwalità li qed jirnexxilna nattiraw f’pajjiżna.

Waqt li ltaqa’ ma’ numru ta’ studenti u t-tutors li qasmu l-esperjenza tagħhom mal-Ministru, irriżulta li filwaqt li 80% tal-istudenti li qed jistudjaw għal degree f’din l-istituzzjoni, diġà jkunu sabu impjieg fl-ewwel sena tal-kors, bil-bqija jsibu impjieg sat-tieni sena.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Sue Vella.

Aktar informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jinvesti fl-edukazzjoni tiegħu u jiffranka t-taxxa kif ukoll l-applikazzjonijiet rilevanti huma disponibbli fuq dan il-website:

http://www.maltaenterprise.com/en/support/get-qualified

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow