Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI FL-EŻAMIJIET TAS-SEC

pr1555
Date Icon 12/07/2012

Ilbieraħ ħarġu r-riżultati tal-eżamijiet tas-SEC li għalihom qagħdu madwar 7300 student u studenta li bejniethom għamlu ‘l fuq minn 42,000 eżami fi 33 suġġett differenti.

Ir-riżultati huma inkorraġanti ħafna meta jitqies illi madwar 80% tal-istudenti kollha flimkien li għamlu Paper A jew Paper B fis-suġġetti bażiċi kisbu gradi mill-1 sa 7. Dan ifisser li permezz ta’ dawn l-istess riżultati l-istudenti jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom fl-istituzzjonijiet post-sekondarji tal-pajjiż bħall-Junior College, Higher Secondary, MCAST, ITS, kif ukoll dawk tal-Knisja u Indipendenti, dejjem skont il-gradi li kisbu.

L-istudenti li jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC jistgħu jagħżlu li jpoġġu għall-Paper A jew Paper B fejn l-ewwel waħda tkun iżjed diffiċli.

L-istudenti li għamlu Paper A fis-suġġetti bażiċi tal-Malti, Ingliż, Matematika kif ukoll l-istudji tal-Kompjuter u l-Fizika marru tajjeb ħafna fejn 89.7% fil-Malti, 89.7% fl-Ingliż, 93% fil-Matematika, 94.4% fl-istudji tal-Kompjuter u 89.9% fil-Fiżika ġabu grad minn 1 sa 5. Ġew irreġistrati riżultati tajbin ħafna anki f’suġġetti oħra bħal lingwi barra mill-Ingliż u l-Malti. Hawnhekk 94.1% għaddew fit-Taljan, 93.1% fil-Franċiż u 87.5% fil-lingwa Spanjola kisbu grad mill-1 sa 5. Filwaqt illi f’suġġetti tax-Xjenza, bħall-Biologija u l-Kimika, 80.5% u 82.4% rispettivament mill-istudenti li għamlu Paper A ukoll kisbu grad minn 1 sa 5.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina tifraħ lil dawk l-istudenti kollha li kisbu riżultati pożittivi u tawguralhom sajf hieni u seren. Tħeġġeġ lil dawk l-istudenti li għandhom xi re-sits biex jagħmlu sforż ieħor biex huma wkoll iġibu riżultati pożittivi.

Tħajjar ukoll lil dawk l-istudenti li temmew il-livell sekondarju mingħajr ma kisbu kwalifiċi biex   isegwu diversi korsijiet offruti minn entitajiet differenti, fosthom l-ETC, biex b’hekk jibqgħu fit-tagħlim u t-taħriġ ħalli jtejbu l-ħiliet tagħhom u  jaslu għall-impjieg tajjeb.

Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa mistennija joħorġu ukoll ir-riżultati tal-MATSEC f’livell intermedju u avvanzat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow