Left arrow Go Back

20 PERSUNA B’DIŻABILITÀ JAGĦMLU ESPERJENZA TA’ XOGĦOL FL-INGILTERRA

pr1534
Date Icon 10/07/2012

20 persuna b’diżabilità kellhom iċ ċans li jagħmlu esperjenza ta’ xogħol fi Bristol fl-Ingilterra – esperjenza li kienet possibbli grazzi għall-proġett Me2!, proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond Soċjali Ewropew. Dawn kienu akkumpanjati min-numru ta’ Support Workers tal-proġett Me2!

Din il job shadowing experience seħħet b’kollaborazzjoni ma’ Brandon Trust, organizzazzjoni ibbażata fi Bristol, l Ingilterra, li għandha l għan li tgħin lil persuni b’diżabilità jfittxu mpjieg.

Waqt laqgħa bejn il benefiċjarji kollha fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport fi Fleurs de Lys, il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said tkellem dwar l-importanza tax-xogħol u l-kontribut li persuni b’diżabilità jistgħu jagħtu lill-ekonomija tal-pajjiż. Hu qal li x-xogħol jgħin persuni b’diżabilità jiżviluppaw aktar il-ħiliet tagħhom, jiżviluppaw soċjalment u anki jgħinhom jgħixu ħajja indipendenti mil-lat finanzjarju. 

Il-Ministru Said qal li matul l-erba’ snin li għaddew inħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid, riżultat ekonomiku li l-persuni b’diżabilità wkoll gawdew minnu. Bħalissa f’pajjiżna hawn 900 persuna b’diżabilità li taħdem fuq bażi full-time u 200 persuna oħra b’diżabilità li taħdem fuq bażi part-time. Hu spjega kif proġetti bħall-Me2! qed jgħinu mhux biss lill-parteċipanti nfushom, iżda wkoll lill-kumpaniji li joffru esperjenzi ta’ xogħol lill-persuni b’diżabilità. Post tax-xogħol aktar inklussiv awtomatikament isir aktar produttiv.

Il-Ministru Chris Said qal li r-riżultati pożittivi tal-Me2! għandhom iservu ta’ eżempju kif jistgħu jiġu żviluppati u jitmexxew programmi oħra simili maħsuba biex iżidu l-opportunitajiet ta’ xogħol għal persuni b’diżabilità.

Madankollu l-ikbar benefiċċju kien it-twaqqif tal-Kooperattiva Me2 li twaqqfet ftit tax-xhur ilu. Il-Kooperattiva qed tipprovdi aktar indipendenza u ċans ta’ integrazzjoni soċjali lill-membri tagħha billi tipprovdilhom rwol attiv kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-soċjetà. Fl-istess ħin qed turi lil kulħadd kif persuni b’diżabilità għandhom x’joffru kif ukoll taħdem fil-qrib ma’ diversi entitajiet u tħeġġiġhom joffru aktar opportunitajiet lil dawn il-persuni.

Waqt l-indirizz tal-ftuħ, il-Kap Uffiċjal Operattiv tal-Aġenzija Sapport is Sur Marcel Pisani faħħar l impenn tal persuni b’diżabilità li daħlu għal din l esperjenza, waqt li spjega kif il proġett Me2! mar lil hinn mir riżultati previsti peress li bbenefikaw minnu 430 persuna minflok 230 persuna kif pjanat. Dan, qal is Sur Pisani, hu ta’ sodisfazzjon kbir għall Aġenzija Sapport, li tmexxi l proġett Me2! b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Is-Sur Stephen Vella, Project Leader tal Me2! spjega d dettalji taż żjara fi Bristol u l impatt pożittiv li din l esperjenza ħalliet fuq il parteċipanti kollha.  Bħala Project Leader kien responsabbli minn u akkumpanja liż-żewġ gruppi fl-Ingilterra. Is-Sur Vella semma kif kull parteċipant irritorna Malta tista’ tgħid persuna oħra. ”Kienet esperjenza li għenet sabiex kissret l-istigma tad-diżabilità. L-importanza għandna dejjem tingħata lill-abbiltà ta’ kull persuna. B’hekk biss nistgħu noffru l-isfidi neċessarji sabiex kull persuna toffri l-aqwa mill-potenzjal li għandha”.

Matul il laqgħa tal lum il Ministru Said ta ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lil għaxar benefiċjarji li marru Bristol f’Ġunju li għadda flimkien mas Support Workers tagħhom. Din kienet it tieni darba li grupp ta’ persuni b’diżabilità u Support Workers mill proġett Me2! kellhom iċ ċans li jagħmlu job shadowing ma’ Brandon Trust fi Bristol. L-ewwel żjara saret f’Ottubru tal-2011 u minnha bbenefikaw 10 persuni b’diżabilità oħra fejn ħadu esperjenzi varji ta’ xogħol. Din iż żjara kienet pass importanti ferm fil proġett Me2! għax riżultat tagħha, dawn il-persuni flimkien mal-ħaddiema tal-proġett Me2! ħarġu bl-idea li titwaqqaf koperattiva f’Malta mmexxija minn persuni b’diżabilità għal persuni b’diżabilità. B’hekk twieldet il-Koperattiva Me2! li tnediet ftit tax-xhur ilu u li qed timpjega persuni b’diżabilità.

Il-benefiċċji minn dawn iż-żewġ żjarat kienu varji. Kull klijent ibbenefika minn esperjenza ta’ xogħol differenti fosthom ġardinaġġ, xogħol tal-injam, ippakkjar, krafts, xogħol tal-fuħħar, u biedja. Iltaqgħu wkoll ma’ persuni b’diżabilità oħra mil-lokal, li qed jagħmlu dan l-istess tip ta’ xogħol. B’hekk kien hemm element ta’ inklużjoni u komunikazzjoni bejn persuni b’diżabilità ta’ nazzjonalità differenti. Barra minn hekk, il parteċipanti esperjenzaw stil ta’ ħajja aktar indipendenti, b’kull parteċipant ikollu kamra għalih f‘lukanda, kif ukoll pocket money mill-proġett li riedu jqassmu bl-aħjar mod possibli matul iż żjara kollha.

Il-qofol tal-proġett Me2! hu li jgħin lil persuni b’diżabilità jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u b’hekk ikollhom aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Dan il proġett beda fl 2009 u permezz tiegħu kien hemm 9 persuni b’diżabilita’ li sabu impjieg full-time permanenti, 31 persuna b’diżabilità qed jingħataw l-appoġġ sabiex iżommu l-impjieg attwali tagħhom, filwaqt li 21 persuna b’diżabilita’ oħra qed jingħataw taħriġ, bl-għajnuna ta’ istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST, sabiex jakkwistaw ħiliet ġodda. Fl-istess ħin 68 persuna b’diżabilità ngħataw iċ-ċans li jsegwu ħaddiema fuq postijiet tax-xogħol differenti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett Me2!, il-pubbliku jista’ jżur www.sapport.gov.mt.

Aġenzija Sapport tifforma parti mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (www.fsws.gov.mt), li tinkorpora wkoll Aġenzija Appoġġ (www.appogg.gov.mt) u Aġenzija Sedqa (www.sedqa.gov.mt).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow