STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-Oppożizzjoni tikkonferma n-nuqqas ta viżjoni fil-qasam tas-saħħa
Għal darb’oħra f’inqas minn 24 siegħa l-Oppożizzjoni qed tipprova twaqqa’ għar-ridikolu settur li minnu tiddependi l-ħajja ta’ persuni li jkun għaddejjijn minn żminijiet tassew iebsin.
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jiddispjaċih jinnota dan l-aġir irresponsabbli li issa saħansitra wassal biex l-oppożizzjoni tibbaża l-argumenti, mingħajr ħjiel ta’ politika, fuq ħsara ta’ magna li ma jista’ jippervedi ħadd.
Illum il-pazjenti qed jużaw magna oħra ġdida tar-raġġi li ġiet stallata fl-Isptar Boffa. Din qed tintuża flimkien ma’ oħra li kien hemm qabel. B’hekk issa qed jintużaw żewġ magni. Il-magna l-ġdida se tiġi trasferita fiċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija ladarba jkun lest u tingħaqad ma’ żewġ magni oħra ġodda.
Għal ġimgħa oħra l-oppożizzjoni qed issemmi b’mod negattiv il-proġett taċ-ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija. Il-Bieraħ Dott Muscat saħansitra maqdar il-proġett minħabba l-parkeġġ!
L-ironija hi li fl-istess stqarrija maħruġa mill-oppożiżżjoni llum hemm imniżell il-fatt li bl-ammont ta’ kura li qed tingħata llum l-isptar Boffa sar żgħir. Propju din hi r-raġuni ewlenija li minħabba fiha qed jinbena sptar dedikat ġdid, għaliex irid itejjeb is-servizz u minħabba li l-inċidenza tal-kanċer tiżdied meta n-nies l-eta’ medja qed tiżdied. F;pajjiżna b’riżultat tas-servizzi u l-kura tas-saħħa l-Maltin u l-Għawdxin qed jgħixu aktar. Id-differenzi hi li l-Gvern innota dan snin ilu u għalhekk għandu strateġija ċara u qed jinvesti fil-ġlieda kontra l-kanċer, u l-istrateġija tal-oppożizzjoni hi li tipprova tirredikola u tmaqdar dan is-settur u l-ħaddiema tiegħu.
Dan jikkonferma in-nuqqas ta viżjoni politka minn naħa tal-oppożizzjoni.
Il-Ministeru juri wkoll solidarjetà mall-ħaddiema kollha li jaħdmu f’fan is-settur tant delikat quddiem l-attakki tal-oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017