DELEGAZZJONI TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ MINN MISURATA TASAL MALTA
Kmieni wara nofsinhar, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żghar u l-Konsumatur kellu laqgħa ta’ kortesija ma’ diversi rappreżentanti mill-Kamra tal-Kummerċ minn Misurata . Waqt l-laqgħa ġew diskussi temi ta’ importanza fosthom ir-relazzjoni tajba li teżisti bejn iż-żewġ partijiet. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll rappreżentanti mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta kif ukoll mill-GRTU.
F’Marzu li għadda l-Uffiċju tal-Prim Ministru kien mexxa delegazzjoni f’Misurata fejn hemmhekk kienu bdew taħditiet sabiex jiġu stabbiliti mezzi ta’ kif ż-żewġ naħat jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom. Filfatt minn dak in-nhar ‘ il hawn saru diversi passi l-quddiem fosthom ġew ffirmati memorandum of understanding kemm mal-Kamra tal-Kummerc Maltija kif ukoll mall-GRTU rispettivament.
Il-Ministru Azzopardi saħaq dwar l-importanza li ż-żewġ naħat jaħdmu iktar fil-qrib ma xulxin sabiex tkompli tiissaħħaħ r-relazzjoni b’saħħitha li diga teżisti; bl-iskop aħħari jkun dak li jinħoloq aktar kummerċ bejn iż-żewġ partijiet. Il-Ministru Azzopardi rrikonoxxa l-importanza li aktar negozji Maltin ikabbru u jwessgħu l-kummerċ tagħhom lil hin minn xtutna fosthom fl-Afrika. Huwa għamel aċċenn ukoll għal Seminar importanti li sar ftit tal-ġimgħat ilu f’pajjiżna, li laqqa flimkien diversi negozjanti lokali li urew interess li jwessgħu n-negozju tagħhom ma’ diversi pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq, fejn madwar 80 negozjant kellhom l-esperjenza jiltaqgħu dirett ma esponenti minn dawn il-pajjizi. Il-Ministru Azzopardi qal li dan is-seminar serva sabiex inħoloq kuntatt dirett ma dawn il-pajjiżi li lesti jagħmlu kummerċ man-negozji Maltin.
Min naħa tagħhom d-delegati mill-Kamra tal-Kummerċ f’ Misurata, esprimew sodisfazzjon għall-laqgha ta’ kortesija li saret mall-Ministru Azzopardi li se tkun qed tħalli l-frott tagħha, f’dak li jirrigwardja skambju ta’ kummerċ bejn iż-żewg pajjiżi. Filfatt huma estendew l-istedina tagħhom lin-negozji kollha li huma nteressati jagħmlu skambju ta’ negozju f’Misurata sabiex jżuru dan il-post.
Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi awgura li jitkomplu jisaħħew r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewg partijiet u r-relazzjonijiet reċiproki relatati mal-kummerċ. Huwa sostna li Malta qatt mhux ħa tara lil-Misurata bħala kompetitur iżda bħala kollaboratur. Saħaq illi Malta tista sservi ta’ pjattaforma sabiex tiffacilita l-kummer ta’ dan il-pajjiż mall-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Kompla billi qal li Malta hija dejjem miftuħa għall-aktar diskussjonijiet, sabiex tissaħħaħ l-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u jiżdiedu l-impjiegi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017