L-ELEZZJONIJIET FIL-LIBJA
pr1523
09/07/2012
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr. Tonio Borg ikkummenta dwar l-elezzjonijiet fil-Libja:
"L-elezzjonijiet fil-Libja b'parteċipazzjoni tajba fl-ewwel konsultazzjoni popolari ħielsa jawguraw tajjeb għall-futur u jsaħħu t-transizzjoni għal soċjetà demokratika. Huwa importanti li dal-proċess li nbeda, ikompli fis-serenità sabiex titfassal kostituzzjoni demokratika u jitwaqqaf l-ewwel Gvern b' kredenzjali demokratiċi.
Malta se tkompli tgħin b'għajnuna f'waqtha sabiex dal-proċess jitkompla. Il-Gvern Malti li sostna dal-proċess demokratiku mill-bidu nett se jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex l-Unjoni Ewropea tkompli tgħin dan il-proċess demokratiku.”
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017