Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ

pr1522
Date Icon 08/07/2012

Il-Fatti imeru dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni

L-oppożizzjoni tipprova tkisser l’avvanzi kbar li qed isiru fis-settur tas-saħħa

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità jiddeplora l-attak li sar mill-Partit Laburista fuq il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

Dalgħodu waqt attivita politika il-Partit Laburista saħansatra qal li s-sistema tas-saħħa qabel kienet aħjar filwaqt li attakka il-ħidma t’ eluf ta persuni li jaħdmu fil-qasam. 

Il-Ministeru jixtieq jiċċara dawn il-fatti, li jġibu fix-xejn il-gideb li ntqal dalgħodu.

Dijabete – L-Investiment li sar f’dan is-settur qiegħed jagħti l-frott.  Dan jafuħ sew il-pazjenti li llum qed jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.  Illum hemm sistema ta’ monitoring aktar effiċjenti u sar investiment fi clinics u apparat ieħor.  L-akbar riżultat hu l-fatt li qed nirreġistraw tnaqqis ta 33% fin-numru ta’ amputazzjonijiet li kienu jsiru qabel. 

Riforma ta’ Schedule V – Ftit ilu tnehdiet riforma li permezz tagħha ġie rduppjata in-numru ta’ kundizzjonijiet meqjusa bħala mard kroniku minn 38 għal 79. Dan ifisser li llum ħafna aktar persuni jistgħu jiġbru mediċini b’xejn.  Fil-fatt hu stmat li t-total ta’ persuni li jistgħu jibbenefikaw minn mediċini b’xejn issa żdied għall madwar 124,215-il persuna.  Dawn il-persuni għandhom aċċess għall lista dejjem titwal t’ aktar minn 1,300 mediċina b’xejn.

Operazzjonijiet – Il-fatti juru li ż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet naqas.  Il-fatt li fl-Isptar Mater Dei qed jiġu operati numru dejjem akbar ta’ pazjenti qiegħed jirriżulta f’aktar persuni jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.  Is-sena li għaddiet fl-iSptar Mater Dei saru total ta’ 43,747 operazzjoni.  Dan ifisser żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena 2010.  Dan ifisser ukoll żieda ta’ 11,001 operazzjoni mill-aħħar sena sħiħa tal-isptar San Luqa.

Kura għat-Thyriod – anke hawnekk il-fatti juru mod ieħor.  Minħabba li din il-kura tinvolvi radjazzjoni, din tirrikjedi attenzjoni massima u kura partikolari u fost oħrajn tinvolvi proċess li jissaqlvagwarja lill-pazjenti, ħaddiema u familjari mir-riskju ta’ kontaminazzjoni.  Għalhekk huwa proċess li jdum. Ittieħdu passi immedjati fl-interess tal-pazjent, fosthom li jintbagħtu pazjenti Maltin għall-kura fl-isptar Royal Marsden, Londra u li ssir kamra oħra dedikata għall- “radio iodine special treatment” fl-isptar Boffa.  Filwaqt li l-pjanijiet delikati għal din il-kamra huma prattikament lesti, diġa saru il-kuntatti mediċi neċessarji mal-isptar Ingliż u fil-jiem li ġejjijn se jintbgħatu l-ewwel tmien pazjenti għall-kura l-Ingliterra.

Onkoloġija - Għal darb’ oħra qed tiġi miċħuda l-istqarrija ta’ Dott Muscat li fin-negattiviżmu tiegħu weħel ma’ frażi li issa ilu jgħid bosta snin.  Fil-fatt qatt ma sar ħlas lill-Skanska sabiex jinbena ċ-ċentru tal-Onkoloġija.  Sfortunatament il-Ministeru jinnota wkoll li Dott Muscat aktar jinteressaħ mill-ispazju għall-parkeġġ milli miċ-Ċentru tal-Onkoloġija.

Fil-fatt dak li ma qalx Dott Muscat hu li filwaqt li fil-preżent fl-iSptar Sir Paul Boffa hemm 27 sodda għall-kura tal-kanċer, iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija se jkollu total ta’ 96 sodda - 74 sodda in patient u 22 sodda fid-Day Care.  Dott Muscat injora għal-kollox l-avvanzi li qed isiru fil-qasam tal-kanċer fejn illum pajjiżna għandu pjan nazzjonali tal-kanċer, programm ta’ screening tas-sider li s’ issa salva 120 mara, il-bidu ta’ programm nazzjonali ieħor ta’ screening din id-darba tal-musrana l-kbira, l-għoti tal-HPV vaccine b’xejn (cervical cancer vaccine) għat-tfajliet ta’ 12-il sena, u żieda fil-mediċini b’xejn għall-pazjenti li għandhom il-kanċer.

Dwar dan kollu Dott Muscat semma biss li inkwetat dwar l-ispazju għal-parkeġġ.

Il-pazjenti ħaqqhom aħjar. Pajjiżna ħaqqu aħjar. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow