ŻJARA FIR-RIGWARD TA’ ENERĠIJA NADIFA FL-AWSTRIJA
Wara ż-żjara tal-President Awstrijak f’Malta f’April li għadda, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino kien mistieden jagħmel żjara fir-rigward ta’ enerġija nadifa fl- Awstrija.
Waqt din iż-żjara, il-Ministru ltaqa’ ma’ esperti mis-settur ta’ l-enerġija alternativa fejn iddiskutew is-sitwazzjoni taż-żewġ pajjiżi, l-inċentivi li qed joffru biex iħajru l-pubbliku jinvesti f’din it-tip ta’ enerġija u l-isfidi li l-Gvernijiet qed jiltaqgħu magħhom.
Il-Ministru kellu l-opportunità jżur impjant li jiġġenera enerġija mill-gas u ċ-ċentru tal-informazzjoni tal-BEWAG (Kumpanija li tissuplixxi l-enerġija). Ġiet organizzata wkoll żjara permezz tal-Austrian Wind Power f’wind park li jħaddem l-ikbar turbini u l-aktar avvanzati li riċentament ġew introdotti fis-suq.
Malta qed timxi bi pjan serju u maqbul mal-Unjoni Ewropea fuq kif se tilħaq il-mira stabbiltà ta’ 10% ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa sas-sena 2020. Il-pjan jinkludi l-proġett tal-irdieden tar-riħ, aktar panelli fotovoltajiċi inkluż fuq soqfa ta’ binijiet pubbliċi, u aktar enerġija mill-iskart.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017