Left arrow Mur Lura

AKTAR MINN 12,000 PERSUNA JAĦDMU FIL-QASAM TAS-SERVIZZI FINANZJARJI

pr1505
Date Icon 06/07/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol  Dolores Cristina inawgurat il-BrightStart Recruitment Event tal-kumpannija Deloitte li toffri opportunitajiet lil numru ta’ studenti f’suġġetti finanzjarji il-possibbilta’ ta’ mpjieg magħha filwaqt li jkomplu jistudjaw.

Il-Ministru Cristina qalet li din hi opportunita’ oħra biex jinħolqu aktar impjiegi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fejn bħalissa diġa’ hemm jaħdmu madwar 20,000 persuna f’dan il-qasam u f’servizzi anċillari għalih.

Okkażżjoni bħal din tagħti ċertifikat tajjeb ħafna lis-sistema edukattiv tagħna u turi l-fiduċja kbira li l-imprendituri Maltin għandhom fl-istudenti tagħna.

Permezz ta’ din l-inizjattiva l-kumpannija Deloitte trid tħajjar numru ta’ studenti li studjaw fil-qasam tal-Accounting u l-Awditjar biex jagħmlu esperjenza ta’ xogħol u studju magħha bi prospetti tajbin li eventwalment meta jispiċċaw l-istudji tagħhom b’suċċess, toffrilhom impjieg magħha stess.

L-iskema qed toffri lill-istudenti tliet possibiltajiet.  Il-Pathway Programme jgħin lil studenti li jkomplu jistudjaw fl-Universita’. Il-Programm ACCA hu għal dawk l-istudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw filwaqt li jkunu impjegati full-time mal-kumpannija u l-Programm ACA hu maħsub għal dawk l-istudenti li jridu jibqgħu jistudjaw fuq bażi full-time u jkunu sponsorjati fl-istudju tagħhom minn din il-kumpannija.

Il-Ministru Cristina fakkret li l-qasam tas-Servizzi Finanzjarji kien identifikat fil-programm tal-Gvern bħala wieħed mill-oqsma li pajjiżna irid jikseb eċċellenza fih.  Dan ir-riżultat diġa’ beda jintlaħaq grazzi għall-kumpanniji bħal Deloitte li joffru garanzija ta’ serjeta’ kif ukoll għall-programmi ta’ studju li għandna fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja f’pajjiżna fejn jidħlu dawn is-suġġetti.

Il-lum hawn madwar 12,000 persuna jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u servizzi anċillari għalihom.  U l-industrja qed turi li hemm bżonn aktar ħaddiema f’dan il-qasam.

Din l-attivita’ li se tkompli matul il-ġurnata tal-lum u għadha fil-għodu mistennija tiġbed numru kbir ta’ studenti tal-accounts u l-economics.

Il-Ministru Dolores Cristina irringrazzjat lid-diriġenti tal-kumpannija Deloitte għall-opportunitajiet ta’ studju u mpjieg li qed joffru liż-żgħażagħ tagħna.  Impjieg bl-aħjar kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u li żgur jagħti sodisfazzjon lil min jidħol għalih. Hi awgurat li jkun hawn ħafna aktar kumpanniji li jieħdu dan l-eżempju u jkomplu jkattru l-opportunitajiet ta’ xogħol liż-żgħażagħ li qed inħejju fl-istitutzzjonijiet edukattivi ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow