Left arrow Go Back

TIĠI ORGANIZZATA B’SUĊĊESS GĦAT-TIENI DARBA KAMPANJA DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI LI JTIRU BL-AJRU

pr1493
Date Icon 04/07/2012

Matul il-ġurnata tal-lum ġiet organizzata kampanja ta’ informazzjoni għall-dawk il-passiġġieri kollha li jkunu se jivvjaġġjaw bl-ajru. F’Malta din l-attività ġiet ikkoordinata mill-Uffiċċju taċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur f’Malta bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea.

L-attività f’Malta fetħet dalgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fid-9am u ntemmet fis-1pm. Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi żar l-istand fejn fiha saret l-attività u ltaqa’ ma diversi rappreżenatanti mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll miċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur f’Malta, li minn naħa tagħhom taw informazzjoni dettaljata dwar dan is-suġġett lill-passiġġiera preżenti li kienu qed jistennew sabiex jimbarkaw għad-destinazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, huma qassmu diversi fuljetti relatati mad-drittijiet tal-passiġġiera tal-ajru. Dawn jinkludu fost l-oħrajn informazzjoni dwar dak kollhu li passiggier irid ikollu qabel isiefer, x’wiehed ghandu jaghmel f’każ li jitlef bagalja, x’ jiġri f’każ li titħassar titjira u x’wieħed għandu jagħmel f’każ li ma jitħalliex jitla’ fuq ajruplan.

Din il-kampanja qed tkun organizzata wkoll f’25 membru stat ieħor tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ din l-attività huwa sabiex il-passiġġieri jkunu aktar konxji u jinfurmaw ruħhom direttament, dwar id-drittijiet li huma jħadnnu bħala passiġġieri tal-ajru. Il-Ministru Azzopardi saħaq dwar l-importanza li aktar konsumaturi għandhom iżommu lilhom infushom aġġornati u infurmati b’mod kontinwu, permezz ta’ diversi kampanji li qed jiġu organizzati, dwar id-drittijiet li huma jħaddnu bħala konsumaturi f’diversi oqsma. Il-Ministru Azzopardi qal li dawn it-tip ta’ attivitajiet, jgħinu aktar lill-konsumaturi jifhmu kif għandhom iġibu ruħhom f’ċertu sitwazzjonijiet partikolari.

Huwa qal li huwa fl-interess tal-Gvern, li kontinwament jeduka lill-konsumatur dwar id-dmirijiet u d-drittijiet li huwa jħaddan. Propju fuq dan il-punt, il-Ministru Azzopardi ta’ rendikont dwar t-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika  li għada kif giet mħabbra, sabiex tiġi varata strateġija nazzjonali għall-edukazzjoni tal-konsumatur. "Dan qed nagħmluh, għaliex jimpurtana minn dak li intom il-konsumaturi taħsbu u biex  b’hekk flimkien inkunu nistgħu nsawru strateġija edukattiva tajba u b’saħħitha", sostna l-Ministru Azzopardi.

Is-Sur Claude Sammut mill-uffiċċju taċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur, tkellem dwar l-importanza li dan l-uffiċċju jħaddan  u li  jifforma  parti mill-European Consumer Centres Network. L-ufficju  huwa ssapportjat finanzjarjament mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Dan l-uffiċju huwa preżenti wkoll  f’ 29 stat membru tal-Unjoni Ewropea li jinkludi pajjiżna. L-għan ta’ dan l-uffiċċju fost l-oħrajn huwa li jipprovdi informazzjoni u sapport lill-konsumaturi li jkunu qed isiefru.Huwa qal li fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena saru 26 kuntatt ma dan l-uffiċċju.

Il-Ministru Azzopardi qal li fid-29 pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea, statistikament, fl-2011 saru 10341 kuntatt relatat mad-drittijiet ta’ passiġġiera, 6063 kienu ilmenti u 4278 talba għal informazzjoni, li jistghu jinqasmu f’8859 ilmenti relatati ma passiġġiera tal-ajru filwaqt li 1482 relatati mat-trasport tal-bagalji bl-ajru. Minn dawn f’Malta kellna 72  talba relatati ma drittijiet tal-passiġġiera (39 ilment u 33 talba għal informazzjoni), li jistgħu jinqasmu f’51 relatati ma’ passiġġiera tal-ajru filwaqt li 21 relatati mat-transport ta’ bagalji bl-ajru.

Fl-aħħar nett il-Ministru rringrazzja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur u l-Kummissjoni Ewropea ta’ tali inizjattiva u ħeġġeġ lill-aktar konsumaturi sabiex jagħmlu użu kemm mill-uffiċju taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur li jinsab fi Triq nofsinhar fil-Belt Valletta, kif ukoll fl-uffiċċju tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, li jinsabu f’Mizzi House fi Blata l-Bajda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow