Left arrow Go Back

L-AUGUST MOON BALL – B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr1492
Date Icon 04/07/2012

“Dan huwa ir-raba’ August Moon Ball taħt din il-Presidenza u nixtieq nieħu l-opportunita’ sabiex nirringrazzja lil dawk kollha, sponsors u individwi li dejjem jagħtu sapport lil Malta Community Chest Fund. Is-sena l-oħra il-Malta Community Chest Fund ħarġet 2.4 miljun ewro li minnhom ibbenifikaw numru kbir ta’ għaqdiet non governattivi -  kważi miljun ewro -  u 1800 persuna li ġew megħjuna fuq każijiet ta’ mard u bżonnijiet soċjali oħra. Il-Malta Community Chest Fund għadha torganizza dan il-ballu bħala waħda mill-attivitajiet sabiex jinġabru l-flus li għandu bżonn dal-fond biex jibqa’ jagħti l-kontribut li qiegħed jagħti fis-soċjeta” qal il-President George Abela waqt li dalgħodu indirizza konferenza stampa biex iniedi l-August Moon Ball ta’ din is-sena, li se jsir nhar is-Sibt 4 t’Awissu ġewwa l-Palazz tal-Verdala.

Is-Sur Daniel De Petri Testaferrata, ic-Chairperson tal-Ballu għal din is-sena, irringrazzja lill- President u s-Sinjura Abela li għal darb’oħra  qed jospitaw dan il-ballu ġewwa il-Palazz ta’ Verdala fejn ghall-okkazzjoni jkun imżejjen u joffri spettaklu ta’ dawl u  b’numru ta’ artisti bħal versatile band,  il-banda tal-forzi armati u l-banda tal-pulizija għal matul il-ballu Din is-sena saru xogħlijiet f’dan il-palazz li se jitgawdew minn dawk li se jattendu.

Is-Sur De Petri Testaferrata rringrazzja lill-isponsors ta’ dan il-ballu b’mod speċjali lil Island Caterers u lill-Marsovin li jagħtu kontribut siewi ħafna  sabiex dan il-ballu jkun jista jrendi somma sabiħa għall-Malta Community Chest Fund.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jzur is-sit www.augustmoonball.com fejn il-biljetti jistgħu jinxtraw online għall-prezz ta’ 65 ewro.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow