STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Wara l-aħbar tal-mewt tal-immigrant Abdalla Mohammed ta' 32 sena mill-Mali, il-Gvern bi prudenza ma kkumentax sabiex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet bis-serenità meħtieġa. Issa li tħabbar li 3 persuni tressqu l-Qorti b'rabta ma' dan il-każ, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jistqarr li:
· waqt li l-prinċipju li kull persuna hija innoċenti sakemm misjuba ħatja għandu jiġi rispettat, il-Gvern jikkonferma t-twemmin tiegħu u tal-poplu Malti fir-rispett sħiħa tad-dinjità invjolabbli ta' kull persuna u li d-drittijiet fundalmentali ta' kull bniedem għadhom jiġu mħarsa u protetti;
· il-Gvern jitħasseb u jinkwieta meta f’pajjiżna jgħollu rashom elementi estremisti u razzisti. Dawn ma jirrapreżentawx il-valuri tal-poplu taħhna;
· il-Gvern iħabbar li ser tiġi institwita inkjesta sabiex tanaliżża b'mod komplet is-servizzi ta' detenzjoni tal-immigranti ġewwa pajjiżna fid-dawl ta’ dak li seħħ f’dan il-każ partikolari kif ukoll fil-kuntest ta’ rakkomandazzjonijiet li diġà saru f’inkjesti preċedenti.
F'kumment li ta dwar dan il-każ, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi esprima d-dispjaċir u swied ta' qalb tiegħu li persuna li ħarbet minn pajjiżha biex tfittex ħajja aħjar kellha tmut din il-mewta traġika. "Ejja nerġgħu nġeddu l-impenn sħiħ tas-soċjetà Maltija li tħares il-valur tal-ħajja f'kull waqt u f'kull ċirkostanza, anke meta l-għażliet ma jkunux faċli."
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017