Left arrow Mur Lura

INFORMAZZJONI DWAR OPPORTUNITAJIET ĠODDA TA' JOBS, TAĦRIĠ U SKEMI TA' IMPJIEGI FL-ISTAND TA' MALTA FIT-TRADE FAIR

pr1459
Date Icon 28/06/2012

Ix-xogħol, l-opportunitajiet ġodda ta’ jobs u t-taħriġ hija t-tema magħżula għall-istand ta' Malta fit-Trade Fair.

Min iżur l-istand ta’ Malta jista’ jingħata informazzjoni personalizzata dwar opportunitajiet ġodda ta' xogħol, taħriġ u skemi ta’ impjiegi offruti mill-ETC fosthom kif tista’ ttejjeb il-ħiliet tiegħek permezz tat-taħrig u kif tavvanza fil-karriera tiegħek.

Qed tingħata wkoll informazzjoni mill-ETC u l-Business First, dwar diversi skemi offruti mill-gvern għal min iħaddem biex ikompli jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.

Fuq l-istand ta’ Malta hemm ukoll screen li fuqu jiġu aġġornati live l-vacancies irreġistrati mal-ETC u tingħata informazzjoni fuqhom.   Min irid jista’ jitlob informazzjoni dwar il-jobs li min iħaddem qiegħed joffri bħalissa.  Qed isiru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ f'ħiliet differenti. Fuq l-istand ta’ Malta qed jingħata servizz ta’ childcare b'xejn fejn it-tfal jipparteċipaw f’diversi logħob u attivitajiet.

Kull min iżur l-istand ta’ Malta jingħata diversi pubblikazzjonijiet informattivi fosthom għat-tfal dwar l-istemma ta’ Malta u l-istorja tal-Berġa ta’ Kastilja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow