INFORMAZZJONI DWAR OPPORTUNITAJIET ĠODDA TA' JOBS, TAĦRIĠ U SKEMI TA' IMPJIEGI FL-ISTAND TA' MALTA FIT-TRADE FAIR
Ix-xogħol, l-opportunitajiet ġodda ta’ jobs u t-taħriġ hija t-tema magħżula għall-istand ta' Malta fit-Trade Fair.
Min iżur l-istand ta’ Malta jista’ jingħata informazzjoni personalizzata dwar opportunitajiet ġodda ta' xogħol, taħriġ u skemi ta’ impjiegi offruti mill-ETC fosthom kif tista’ ttejjeb il-ħiliet tiegħek permezz tat-taħrig u kif tavvanza fil-karriera tiegħek.
Qed tingħata wkoll informazzjoni mill-ETC u l-Business First, dwar diversi skemi offruti mill-gvern għal min iħaddem biex ikompli jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.
Fuq l-istand ta’ Malta hemm ukoll screen li fuqu jiġu aġġornati live l-vacancies irreġistrati mal-ETC u tingħata informazzjoni fuqhom. Min irid jista’ jitlob informazzjoni dwar il-jobs li min iħaddem qiegħed joffri bħalissa. Qed isiru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ f'ħiliet differenti. Fuq l-istand ta’ Malta qed jingħata servizz ta’ childcare b'xejn fejn it-tfal jipparteċipaw f’diversi logħob u attivitajiet.
Kull min iżur l-istand ta’ Malta jingħata diversi pubblikazzjonijiet informattivi fosthom għat-tfal dwar l-istemma ta’ Malta u l-istorja tal-Berġa ta’ Kastilja.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017