Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1449
Date Icon 27/06/2012

B’nuqqas kbir lejn dak li għandha tkun il-politika, għal darb’ oħra l-Oppożizzjoni ddeċidiet li minflok li tipproponi xi ħaġa konkreta, tiffoka fuq pazjenti li qed jistennew għal numru dejjem jikber ta’ servizzi b’xejn li qed joffri l-Gvern.

Is-silenzju tal-Oppożizzjoni fil-qasam tas-saħħa huwa inkwetanti partikolarment għax dan is-silenzju jinkiser biss meta xi ħadd jilmenta fuq sistema li tkun qed taqdi l-eluf ta’ persuni.

L-istqarrija tal-Oppożizzjoni tipprova biss kemm laqtet nies ir-riforma li seħħet fl-iskeda numru V.  Din ir-riforma fissret li n-numru ta’ kundizzjonijiet meqjusa bħala mard kroniku, u li jintitolaw il-pazjenti għal mediċini b'xejn, irduppjaw minn 38 għal 79.  Dan fisser ukoll li l-kundizzjonijiet kroniċi trattati taħt l-Iskeda II (dik magħrufa bħala l-kartuna r-roża) li jinkludu l-marda endokrinali tad-dijabete, u l-mard infettiv bħat-Tuberkolożi, il-Lebbra u l-Polio issa wkoll ġew elenkati taħt l-Iskeda V (dik magħrufa bħala l-kartuna s-safra).  Pazjenti bi problemi psikjatriċi kroniċi, bħal per eżempju disturbi fil-burdata (inkluż id-dipressjoni), disturbi newrotiċi, u disturbi psikjatriċi li jibdew fit-tfulija, issa qed jibbenefikaw ukoll mid-dritt għall-mediċini b'xejn.

Irid jiġi apprezzat li din ir-riforma fissret li madwar 124,215 (mija erba’ u għoxrin elf mitejn u ħmistax)–il persuna issa qed jibbenefikaw mir-riforma fil-kundizzjonijiet inklużi fl-Iskeda V.  Minħabba l-kwantità kbira ta’ nies li qed jibbenefikaw, u allura jridu jibdlu jew jimlew il-formoli neċessarji ġieli ikun hemm mumenti ta’ stennija.

Dan kollu kien ir-riżultat ta’ ħidma ta’ numru ta’ professjonisti bl-iskop li tiġi riveduta s-sistema ta' intitolar għall-mediċini b'xejn taħt l-Iskeda V sabiex titjieb l-aċċessibiltà għas-servizzi, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà u l-ekwità.

Ġew verifikati xi applikazzjonijiet tal-iSkeda V u l-‘misentitlements’ kienu identifikati. Wara dan, saru laqgħat mal-ispeċjalitajiet rispettivi u r-rispons meħtieġ ġie dokumentat.

Dan irriżulta f’bidliet leġiżlattivi għall-Artikolu 23 tal-Att tas-Sigurtà Soċjali u l-Parti II tal-iSkeda V ta' l-istess Att.

L-Oppożizzjoni ma tistax tifhem kif, minkejja l-kriżi internazzjonali, il-Gvern Malti kompla jżid l-investiment fis-saħħa.  Fil-fatt il-Gvern żied in-numru ta’ mediċini b’xejn li jiġu mgħotija kuljum lill-poplu Malti. Illum il-Gvern joffri xejn anqas minn 1,334 mediċina differenti b’xejn.

Dan isir b’investiment ta’ 69 miljun ewro fis-sena f’mediċini b’xejn għall-poplu Malti u Għawdxi.

Iżda bħalma huwa tipiku għall-Oppożizzjoni, dwar dan kollu, l-Oppożizzjoni ma semmiet xejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow