Left arrow Go Back

MĦABBAR PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA GĦALL-STRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI TAL-KONSUMATUR

pr1447
Date Icon 27/06/2012

"Il-Konsumatur jixraqlu l-aħjar possibbli u għandu jingħata l-importanza kollha sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tiegħu". Dan qalu kmieni dalgħodu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi meta kien qed iħabbar proċess ta’ konsultazzjoni pubblika għall-istrateġija nazzjoni għall-edukazzjoni tal-Konsumatur.

Il-Ministru Azzopardi rrimarka l-importanza li dan il-Gvern jagħti lill-konsumatur, propju għaliex ħatar Ministru responsabbli għalih. "Dan jgħinna nkunu aktar qrib tagħkom il-konsumaturi sabiex ngħinukom u niggwidawkom f’dak kollhu li teħtiegu bl-aħjar mod possibbli", sostna l-Ministru.

Huwa saħaq li l-għan ta’ din il-konsultazzjoni huwa sabiex jiġu mħeġġa u ggwidati aktar il-konsumtauri sabiex jagħmlu deċiżjonijiet tajba u għaqlin meta jiġu biex jixtru xi prodott jew jagħmlu użu minn xi servizz. "Il-konsumatur jilgħab parti importanti f’din il-konsultazzjoni, għaliex huma l-konsumaturi nnifsihom li jesperjenzaw  ir-realtajiet ta’ dan is-settur . Tali esperjenzi jistgħu jiġu użati biex titfassal strateġija tajba”.

B’hekk l-għan tal-konsultazzjoni huwa li permezz tal-parteċipazzjoni ta’ diversi stakeholders, kif ukoll ta’ partijiet interessati, tiġi stabbilita d-direzzjoni li għandha tieħu din l-istrateġija fl-interess tar-realtajiet preżenti u futur tal-konsumatur Malti.  Sabiex konsumatur jista’ jasal għal deċiżjoni tajba u ġusta, dan għandu jkun edukat fuq is-settur.

Il-Ministru Azzopardi faħħar u sellem lid-diversi għaqdiet u ċentri li qed jagħmlu ġid kbir lil dan is-settur fosthom il-European Consumer Centre u l-Għaqda tal-Konsumaturi. Huwa ħabbar ukoll li għada kif ġiet irreġistrata għaqda ġdida tal-Konsumaturi mmexxija mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.

Is-Sur Francis Farrugia, Chairman tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, spjega kif id-dokument ġie ppreparat mill-Awtorità stess bil-kontribuzzjoni tas-sezzjoni tal-Lifelong Learning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Is-Sur Farrugia spjega li l-proċess ta’ konsultazzjoni se jibqa għaddej sal-aħħar ta Settembru. Għaldaqstant persuni minn kull qasam huma mistiedna sabiex jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq sett ta’ ’l fuq minn 70 mistoqsija li l-Awtorità ħolqot sabiex dawn jqajmu diskussjoni sana u opinjonijiet minn diversi stratti ta’ persuni.

Dawk kollha interessati li jibgħatu r-risposti u l-opinjoni tagħhom għandhom jagħmlu dan jew permezz tal-posta lid-Direttur Informazzjoni, Edukazzjoni u Riċerka, Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur, Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, Mizzi House, Blata l-Bajda HMR 9010, jew permezz ta’ posta elettronika fuq: info@mccaa.org.mt

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi faħħar ix-xogħol siewi li qed twettaq l-Awtorità, permezz ta’ diversi inizjattivi fosthom l-estensjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ sabiex il-konsumatur jkun jista’ jinqeda aħjar, il-preżenza regolari permezz ta’artikli fuq il-gazzetti lokali u t-tqassim tal-fuljett l-Għażla fejn jinforma l-pubbliku dwar suġġetti f’dan il-qasam. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali sabiex jikkontribwixxi f’din il-konsultazzjoni sabiex ikollna strateġija tajba u b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow