ĦLAS TAL-ALLOWANCE TAT-TFAL
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet tal-Allowance tat-Tfal li waslu għand id-Dipartiment, għall-perjodu 7 ta’ Lulju 2012 – 5 ta’ Lulju 2013, ġew ipproċessati. Il-ħlas dovut għall-ewwel tlettax-il ġimgħa se jiġi depositat fil-kont bankarju indikat mill-familji konċernati nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2012.
Id-Dipartiment jixtieq javża wkoll li dawk l-applikazzjonijiet li għadhom ma ġewx proċessati huma dawk li jew waslu fid-Dipartiment tard jew li waslu fid-Dipartiment mingħajr l-informazzjoni/dokumenti li huma meħtieġa biex tkun tista’ tiġi stabbilita r-rata dovuta.
Għaldaqstant id-Dipartiment qed jieħu ħsieb biex f’dawn il-każijiet joħroġ lil dawn il-familji pagament proviżorju għal tlettax-il ġimgħa bil-quddiem bir-rata minima ta’ €6.73 fil-ġimgħa għal kull wild. Hekk kif dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati l-familji konċernati se jitħallsu d-differenza dovuta hekk kif tiġi stabbilita mill-kalkoli tal-mezzi. Id-Dipartiment ħaseb ukoll biex dawn il-familji jiġu avżati, permezz ta’ ittra, dwar dan il-pagament proviżorju.
F’każ ta’ diffikultà l-membri tal-pubbliku huma ġentilment mitluba li jmorru fl-eqreb Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment jew inkella jistgħu jċemplu fuq in-numru 2590 3000 kif ukoll fuq SPIC 159.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017