Left arrow Go Back

EFFETTI ĦŻIENA KKAWŻATI MINN RADJAZZJONI ELETTROMANJETIKA

pr1438
Date Icon 27/06/2012

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Ġunju 2012, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sema’ l-ispjegazzjonijiet li ngħataw min-naħa ta’ diversi ministeri, entitajiet pubbliċi u kumpaniji ewlenin fil-qasam tat-telefonija ċellulari dwar l-allegazzjonijiet li tqajmu minn numru ta’ persuni. Dawn l-allegazzjonijiet kienu jitrattaw il-possibilità ta’ ħsara fis-saħħa kkawżati mir-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari li hemm fuq il-bjut jew fil-viċinanzi ta’ residenti (b’referenza speċifika fuq is-saħħa tat-tfal)

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jerġa’ jiltaqa’ nhar it-Tlieta, 3 ta’ Lulju, 2012 fis-6.00 p.m. sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni u lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.  Se jerġgħu jiġu mistiedna wkoll it-tliet kumpanniji ewlenin tat-telefonija ċellulari (Go, Vodafone u Melita).

Ir-rappreżentanti mistiedna se jkunu mistennija jispjegaw fuq liema bażi xjentifika qed isir ix-xogħol fil-qasam tar-radjazzjoni elettromanjetika li tiġi mill-antenni tat-telefonija ċellulari.  Se jkunu mistennija jgħidu wkoll x’linji gwida jew x’liġijiet qegħdin jimxu magħhom sabiex jaraw li l-antenni tat-telefonija ċellulari jkollhom l-inqas livell ta’ radjazzjoni.  Ir-rappreżentanti preżenti għal-laqgħa se jsirulhom mistoqsijiet mill-Membri tal-Kumitat u huwa mistenni li jiġu ppreparati sabiex iwieġbu dawn il-mistoqsijiet li se jsiru abbażi tal-preżentazzjoni li saret lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-laqgħa tat-22 ta’ Mejju u li kopja tagħha ġiet ipprovduta lilhom.

Kopja ta’ din il-preżentazzjoni hija aċċessibbli fuq il-websajt tal-Parlament http://www.parlament.mt/socialaffairscommittee

Il-Kumitat qed jistieden lil kull min hu interessat biex jibgħat ilmenti, kummenti u suġġerimenti fuq dan is-suġġett, anki b’mod anonimu, li jikkomunika mal-Kumitat sa nhar it-Tnejn 02 ta’ Lulju, 2012.  Dawn is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu fuq socialaffairs@parlament.mt jew fl-indirizz:

L-Iskrivan tal-Kumitat

Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali

Kamra tad-Deputati

Il-Palazz

Il-Belt Valletta

Persuni interessati li jkunu preżenti bħala osservaturi għandhom jiktbu jew iċemplu lill-Iskrivan tal-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow