Left arrow Mur Lura

IMPENN MILL-GVERN MALTI U L-AWTORITAJIET SQALLIN BIEX IL-PROĠETT TAL-INTERCONNECTOR IKUN JISTA’ JKOMPLI SKONT IL-PJANIJIET MIFTIEHMA

pr1436
Date Icon 26/06/2012

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech illum iltaqa' mal-President tar-Reġjun ta’ Sqallija, is-Sur Raffaele Lombardo f’Palermo, Sqallija.   Il-laqgħa li kienet waħda kordjali u pożittiva kella l-għan li tassigura li l-proċess li għandu jwassal għall-għoti tal-permess min-naħa tal-awtoritajiet Taljani biex l-interconnector ikun jista’ jingħaqad man-network Taljan, ikompli għaddej fit-termini ta’ żmien oriġinarjament stabbiliti mal-istess awtoritajiet. Dan, b’mod partikolari wara li kwistjonijiet tekniċi ġew riżolti matul il-ġimgħat li għaddew.

Filwaqt li l-Ministru Fenech saħaq fuq l-importanza ta’ dan il-proġett għal pajjiżna, b’mod partikolari biex isaħħaħ is-sigurtà tal-provvista ta’ pajjiżna filwaqt li jnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt, is-Sur Lombardo min-naħa tiegħu esprima l-impenn tiegħu u tal-awtoritajiet Sqallin biex jiżguraw li dan il-proċess ikompli għaddej skont kif miftiehem bejn iż-żewġ naħat.

Il-Ministru Fenech kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur għal Malta fl-Italja Charles Inguanez, mill-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, is-Sur Louis Giordimaina u minn uffiċjali għolja fil-Korporazzjoni Enemalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow