Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1433
Date Icon 26/06/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, jinnota l-istqarrija maħruġa mill-kandidat Laburista Chris Fearne.

Din l-istqarrija negattiva tiegħu tmur kontra l-entużjażmu tat-tfal u l-ġenituri li qed jagħżlu li jmorru jiddevertu f’dan il-park innovattiv f’pajjiżna.

Tajjeb jingħad li l-ġenituri huma liberi li jieħdu t-tfal tagħhom f’liema ħin iridu tal-ġurnata hekk kif inhuma liberi fi x’ħin jieħdu lil uliedhom ħdejn il-baħar. Żgur ħadd m’għandu jippretendi li l-Gvern jagħlaq l-aċċess għall-bajjiet ta’ pajjiżna fi x’ħin l-aktar tiżreġ ix-xemx. Ir-responsabbillita` tibqa’ dejjem tal-ġenituri. Huwa għalhekk li  l-Gvern għamel diversi kampanji edukattivi dwar l-effetti tax-xemx.  Il-Gvern ma jistax u m’għandux l-intenzjoni li fi stat liberu jikkmanda lill-pubbliku fi x’ħin joħroġ mid-dar u fejn imur.

Tajjeb li jingħad li t-tfal jitħallew fil-park biss għal-tul ta’ 20 minuta, ir-regolamenti tal-Water Park jistabillixxu wkoll li t-tfal huma mħeġġa li jilbsu l-kpiepel, u jindilku bis-sunblock. Ġew installati wkoll numru ta’ tined fuq barra għal dawk li jkunu qed jistennew biex jidħlu fil-water park.

Hija sfortuna li l-kandidat Laburista qed jagħżel li jkun negattiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow