LAQGĦA DWAR L-INTERCONNECTOR FI SQALLIJA
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jinsab f’Palermo, fi Sqallija, għal laqgħa mal-President tar-Reġjun ta’ Sqallija, is-Sur Raffaele Lombardo.
L-għan ta’ din il-laqgħa huwa li ssir diskussjoni dwar il-permess min-naħa tal-awtoritajiet Taljani biex l-interconnector ikun jista’ jingħaqad man-network Taljan tat-TERNA, preċiżament f’Ragusa.
L-interconnecting cable, investiment ta’ 182 miljun ewro, se jippermetti li pajjiżna jkollu sors ta’ elettriku stabbli minn impjanti akbar u aktar effiċjenti. Dan ifisser ukoll anqas emissjonijiet fl-arja. L-interconnector se jagħti l-opportunità għal akkwist ta’ elettriku minn grids barranin, u b’hekk titnaqqas sostanzjalment id-dipendenza tal-prezz taż-żejt. L-investiment fl-interconnector flimkien mal-estensjoni l-ġdida tal-Power Station f’Delimara se twassal ukoll biex tintefa’ għal kollox il-Power Station il-qadima tal-Marsa.
Il-Ministru Fenech jinsab akkumpanjat mill-Ambaxxatur għal Malta fl-Italja Charles Inguanez u minn uffiċjali għolja fil-Korporazzjoni Enemalta.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017