Left arrow Mur Lura

INAWGURATA GENITOURINARY CLINIC FL-ISPTAR MATER DEI

pr1421
Date Icon 25/06/2012

Fl-Isptar Mater Dei ġiet inawgurata Genitourinary (GU) Clinic ġdida fid-Dipartiment tal-Outpatients.  B’effett immedjat, din il-klinika moderna ser tieħu post il-klinika l-antika li kien hemm fl-Isptar Sir Paul Boffa.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministu għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Dr. Joe Cassar qal li dan huwa pass ieħor ’il quddiem li jimxi id f’id mal-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali li daħlet fis-seħħ f’pajjiżna s-sena li għaddiet. Hu semma kif parti kbira mill-politika dwar is-saħħa sesswali hi bbażata fuq it-twassil ta’ edukazzjoni f’dan il-qasam u li waqt it-tfassil ta’ din il-politika ġie wkoll individwat il-bżonn li l-GU Clinic titneħħa mill-Isptar Boffa u timxi lejn post aktar ċentrali u komdu.

Dr. Philip Carabot, Konsulent fil-GU Clinic qal li matul is-snin kompliet tikber il-problema ta’ mard trasmess sesswalment. Hu qal li huwa ferm importanti li wieħed jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex jevita l-possibilità li jiġi infettat. Dr. Carabot qal li filwaqt li meta d-dinja skopriet l-AIDS kien hawn aktar attenzjoni lejn il-ħajja sesswali, illum bħal donnu dik il-biża ttaffiet u dan qiegħed jirriżulta fl-ogħla rati ta’ syphilis li kellna f’pajjiżna matul is-snin.  Hu qal li s-sena li għaddiet ġew indivitwati 46 każ, li iżda is-sors tal-maġġoranza minnhom ma ġiex identifikat.  Dan ifisser li fir-realtà hawn aktar każijiet fil-komunità.

Philip Carabot fakkar kif issa il-GU Clinic hi aktar aċċessibli u li ma hemmx għalfejn li wieħed jiġi riferut minn tabib. 

Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-konsulent u lill-infermiera tal-ħidma li jwettqu kuljum b’risq il-pazjent. Il-Ministru qal li ma għandniex inħallu il-mistħija twaqqafna milli nieħdu parir mediku, għax naqra informazzjoni taf tevitalek problemi ta’ saħħa li jafu jkunu ħfief, imma jafu wkoll ikunu pjuttost serji. Dr. Cassar appella biex il-poplu jagħmel użu minn din il-klinika fejn il-pazjent jista’ jsib professjonisti mħarrġa li joffru għadd ta’ servizzi differenti.

Minkejja l-bidla fil-post, in-numru tat-telefon għall-GU Clinic baqa’ l-istess – 21 227 981.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow