Left arrow Mur Lura

WATER PARK F’BUGIBBA: PROĠETT IEĦOR FEJN IT-TFAL JOĦORĠU AKTAR IL-KREATTIVITÀ TAGĦHOM

pr1415
Date Icon 23/06/2012

Illejla se jkun inawgurat Water Park f’Buġibba mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Dan il-Water Park jingħaqad ma’ kullana ta’ proġetti li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali wettaq biex jingħata aktar spazju miftuħ għat-tfal u l-familji.  Fost il-progetti li saru f’dawn l-ahhar 4 snin u li qed jitgawdew mit-tfal u l-familji hemm l-Adventure Park f’Ta’ Qali, l-Park tan-Natura fi Xrobb l-Ghagin f’Delimara, Gnien George Bonello du Puis f’Tas-Sliema, Pjazza San Gorg fil-Belt u Gnien Marija tal-Angli f’Bahar ic-Caghaq.

Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, l-ulied qed ikollhom aktar spazju fejn joħorġu l-kreattivita’ tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell t’għixien aħjar.

Mil-lejla t-tfal se jkunu jistgħu jibdew igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida u innovattiva li qed toffri 17-il water feature differenti. Din l-attrazzjoni l-ġdida se tkun qed topera bejn Gunju u l-aħħar ta’ Settembru mill-10.00am sas-7.00pm.

Dan il-Water Park sar fuq medda ta’ art ta’ 800m². Il-Park jikkonsisti f’area kbira tal-logħob bl-ilma għat-tfal attrezzata b’funtani u logħob interattiv. Il-park huwa maqsum f’partijiet ikkuluriti biex it-tfal ikunu jafu f’liema areas ikunu jistgħu jmorru skond t-tul tagħhom. Il-Water Park hu maqsum f’numru ta’ żoni għal-tfal ta’ etajiet varji. Area minnhom hi ddedikata għal tfal ta’ eta żgħira, li se tkun tikkonsisti f’water stream forma ta’ mushroom, u jets biex jiffurmaw arkata tal-ilma ħalli t-tfal jgħaddu minn taħtha. Tfal ta’ kull eta’ se jgawdu minn park li joffri varjeta’ ta’ logħob bħal water loops, water umbrellas, parasols, bucket tower, palm spring u żewġ kanuni tal-ilma.

L-ilma kollu li jintuża fil-Park huwa riċirkolat u jinżamm f’reservoir taħt l-istess park. L-ilma ħiereġ mill-bċejjeċ tal-logħob wara li jinġabar lura jiġi ffiltrat u sanitizzat bl-użu ta’ UV sterilisation kif ukoll bl-użu ta’ chlorine. Dan iċ-ċiklu dejjem jirrepeti ruħhu biex b’hekk l-ilma ma jkun qatt ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal.

50 tifel u tifla se jkunu jistghu jilghabu f’daqqa u se jkun qiegħed jitmexxa b’sistema fejn jidħlu gruppi ta’ tfal wara xulxin. Dan biex kulħadd jingħata l-opportunita’ li jilgħab f’dan il-park uniku. Dan il-park hu mibni f’forma ta’ dgħajsa jinkludi wkoll locker room u servizzi sanitarji. Dan hu proġett li qed iseħħ b’investiment tal-Gvern ta’ €600,000.

Apparti l-fatt li dan il-proġett huwa investiment dirett fit-tfulija, huwa wkoll proġett li se jkompli jagħti spinta ’l quddiem lill-komunita’ kummerċjali ta’ Buġibba. Il-Water Park f’Buġibba qed ikompli jsebbaħ din iż-żona turistika. Bil-proġetti tal-Gvern li qed iseħħu f’dawn l-inħawi li jinkludu l-Proġett tar-Riabilitazzjoni tas-Salini u l-Akwarium u l-proġetti li twettqu fosthom Xatt ġdid f’San Pawl il-Baħar, it-tisbiħ f’Kennedy Grove u estenzjoni tal-park tas-salini b’aktar spazju għall-afforestazzjoni, qed jizdiedu l-postijiet ghat-tfal u l-familji u qed jitjieb il-prodott turistiku tagħna liema investiment iwassal biex jiżdied il-kummerċ u jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow