Left arrow Mur Lura

PENSJONIJIET ADEKWATI, SIKURI U SOSTENIBBLI

pr1404
Date Icon 22/06/2012

F’laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret illum ġiet diskussa l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal l-aġenda tal-Unjoni Ewropea għal pensjonijiet adekwati, sikuri u sostenibbli.

Fi preżentazzjoni li saret mis-Sur Godwin Mifsud, mid-Dipartiment għall-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, ingħatat ħarsa lejn il-White Paper u r-riformi proposti.  Qal li l-White Paper hija importanti minħabba li l-popolazzjoni Ewropea qed tixjieħ u għalhekk qed taffettwa d-deċiżjonijiet ekonomiċi u baġitarji tal-Unjoni Ewropea (UE).  Fost l-isfidi ewlenin insibu l-mod kif se jiġu salvagwardjati s-sostenibilità tal-pensjonijiet u l-adekwatezza tal-pensjonijiet għall-futur, kif ukoll kif se tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u l-anzjani fis-suq tax-xogħol.

Ir-riformi prinċipali li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni Ewropea jinkludu:

• bidla fl-eta’ tal-irtirar;

• Miżuri ta’ saħħa u kundizzjonijiet tax-xogħol li jħajru iktar lin-nies jibqgħu jaħdmu;

• Tnaqqis fid-distakk bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa;

• L-iżvilupp ta’ forom privati ta’ pensjonijiet.

Is-Sur Mifsud żied jgħid li r-responsabilità tar-riforma fil-pensjonijiet hija tal-Pajjiżi Membri, iżda l-UE tista’ tgħinhom b’numru ta’ strumenti biex jiffaċċjaw iktar il-ħtiġijiet tal-lum fosthom l-infurzar ta’ liġijiet, fondi u kordinament tal-politiki li jaddottaw. 

Min-naħa tiegħu, is-Sur Joe Camilleri, Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja), qal li l-pożizzjoni ta’ Malta mhix kontra t-tisħiħ tal-kordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-Istati Membri, imma qed tisħaq li l-elementi tar-riforma jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet tal-pajjiż għax m’hemmx sistema waħda tajba għal kull Stat Membru.  Kompla jgħid li l-Gvern qed jistenna r-rispons tal-Imsieħba Soċjali dwar ir-rapport li sar mill-Working Group tal-Pensjonijiet sal-aħħar ta’ Ġunju. Temm jgħid li l-adekwatezza u s-sostenibilità qed jingħataw l-iktar prijorità mill-Gvern, tant li kull 5 snin qed issir reviżjoni tas-sistema tal-pensjonijiet.

Fost il-punti mqajma mill-membri tal-Core Group issemmew:

• il-proposta biex ma jkunx hemm diskrepanza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel;

• il-bżonn ta’ studji f’Malta għal x’tista’ tkun il-pensjoni minima;

• il-bżonn ta’ iktar edukazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar il-pensjonijiet;

• il-possibilità li ħaddiema minn barra l-UE jidħlu fis-sistema tal-pensjonijiet;

• il-bżonn ta’ iktar enfasi fuq il-kunċett ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja;

• x’deċiżjonijiet se jieħu l-Gvern wara l-proċess ta’ konsultazzjoni.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, Dott. Chris Said, qal li r-riforma tal-pensjonijiet tal-2007 saret wara konsultazzjoni sħiħa u kienet implimentata mingħajr skossi.  Din ir-riforma diġà qed tagħti r-riżultati tant li l-Gvern Malti hu tal-fehma li sal-2029 mhux se jkun hemm bżonn li l-età tal-irtirar togħla.

Il-Ministru Said qal li se jitwaqqaf Pension Strategic Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u twaqqfet diġà Kummissjoni (magħmula minn rappreżentanti ta’ entitajiet pubbliċi u tal-Imsieħba Soċjali) biex taħdem fuq strateġija ta’ edukazzjoni kontinwa b’mod partikolari fuq financial literacy.  Hu qal ukoll li f’dawn l-aħħar ħames snin in-nisa li jaħdmu bi qliegħ żdiedu bi 8,294.  Il-persentaġġ ta’ nisa taħt it-30 sena li jaħdmu hi fl-istess livell tal-medja tal-UE, iżda jinħtieġ li jsir aktar xogħol sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Kap ġdid għall-Politika u l-Liġijiet tal-UE fil-MEUSAC

Fi tmiem il-laqgħa, il-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb ħabbar li mit-2 ta’ Lulju li ġej, Kurt Formosa ser ikun il-kap il-ġdid responsabbli mill-Politika u l-Liġijiet tal-UE fil-MEUSAC. Din it-taqsima tal-MEUSAC tieħu ħsieb tiġġestixxi l-proċessi ta’ konsultazzjoni dwar il-politika u l-liġijiet tal-UE filwaqt li twassal tagħrif lill-imsieħba u lill-pubbliku dwar l-istess materja. Kurt Formosa ser jieħu post Dott. Diane Saliba li okkupat din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar sentejn u nofs.

Fil-laqgħa tal-Core Group ħadu sehem uffiċjali għolja tal-Gvern, rappreżentanti tal-partiti politiċi, korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow