Left arrow Mur Lura

ĦATRA TA’ AMBAXXATUR ĠDID GĦALL-ISTATI UNITI

pr1399
Date Icon 22/06/2012

L-Ambaxxatur Joseph Cole għadu kif ġie maħtur bħala Ambaxxatur ġdid ta’ Malta għall-Istati Uniti. L-Ambaxxatur Cole, li ilu żmien twil jaħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, dan l-aħħar kien qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej u Ekonomiċi. Tul il-karriera tiegħu huwa serva wkoll bħala Direttur għall-Affarijiet li jikkonċernaw id-diplomazija multilaterali. Kien ukoll Konslu Ġenerali f’Sydney, l-Awstralja, bejn l-1983 u l-1985, kif ukoll Deputat Kap tal-Kummisjoni Għolja Maltija f’Londra bejn l-1998 u l-2001.

L-Ambaxxatur Cole kellu wkoll l-irwol ta’ Chairman tas-Sanctions Monitoring Board li kellu funzjoni kruċjali matul il-kriżi fil-Libja, kif ukoll l-implementazzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-Iran fost pajjiżi oħra.

L-Ambaxxatur Cole mistenni jieħu l-ħatra tiegħu bħala Ambaxxatur ta’ Malta għall-Istati Uniti fil-ġimgħat li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow