24 PERSUNA RIPATRIJATI LEJN IL-GHANA FUQ TITJIRA TAL-FRONTEX
24 persuna ta’ nazzjonalità Ghaniża kmieni dalgħodu ħallew Malta abbord titjira ta’ ripatrijazzjoni kordinata mill-Aġenzija tal-Fruntieri Ewropea Frontex. Dawn il-persuni kollha kellhom it-talba għall-ażil tagħhom miċħuda meqjusa bħala inammissibbli mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.
Huma kienu skortati minn membri tal-Korp tal-Pulizija abbord it-titjira lejn il-kapitali tal-Ghana, Accra.
Din kienet ir-raba’ titjira ta’ ripatrijazzjoni operata u finanzjata minn Frontex li waqfet f’Malta fl-aħħar erba’ xhur. It-titjira charter ta’ dalgħodu oriġinat mill-Awstrija u ħalliet Malta għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu. Fi triqtu lura aktar tard illejla l-ajruplan mistenni jerġa’ jieqaf Malta biex iniżżel l-iskorti Maltin.
Dawn ir-ripatrijazzjonijiet kienu possibbli bil-ħidma tas-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija li fl-aħħar jiem ireeviet numru ta’ dokumenti tal-ivjaġġar ta’ persuni li kellhom it-talba għall-ażil miċħuda. Din il-ħidma ser tissokta.
B’din l-aħħar operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni, in-numru ta’ persuni li ġew deportati minn Malta lejn pajjiżi differenti fl-Afrika mill-bidu tas-sena ’l hawn laħaq il-195.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017