Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1383
Date Icon 20/06/2012

Il-pilloli tad-dimensja diġà daħlu fil-formolarju u se jibdew jingħataw minn din is-sena.   B’riferenza għall-istqarrija tad-Deputat Laburista Marie Louise Colerio Preca, il-Gvern għaddej b’ħidma biex jibdew jingħataw b’xejn il-pilloli tad-dimensja. Il-mediċina tad-dimensja ġiet inkluża fil-formolarju f’Marzu 2012 wara r-riforma tal-Iskeda V. Bħalissa għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni ta’ mediċini ġodda li mhux fil-formolarju tal-Gvern.

Fl-istqarrija tagħha Marie Louise Colerio Preca illimitat biss il-ħidma tal-gvern fis-settur għall-pilloli tad-dimensja biss meta l-Gvern ħa diversi azzjonijiet oħra li jinkludu:

• Investiment ta’ €9 miljun fi blokk ġdid f’San Vinċenz de Paul li għall-ewwel darba fih swali li huma dementia friendly. Jiġifieri mhux biss il-kura hi speċjalizzata imma anki l-ambjent hu apposta għall-anzjani li ghandhom din il-kundizzojni.

• F’Zammit Clapp Nursing Home se jkun hemm ward għal 12-il anzjan u anzjana bid-dimensja

• Permezz ta’ gruppp li twaqqaf mis-Segreterjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità tfasslet Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja.

• L-Activity Centre ta’ San Vincenz de Paul qed iservi bħala Day Respite għall-pazjenti mill-komunità.

• Mill-Isptar Karen Grech jingħata servizz mill-Memory Clinic fejn persuni li jbatu bid-demensja jiġu referuti mit-tabib tagħhom.

• Flimkien mal-Malta Dementia Society, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità waqqaf helpline għall-pubbliku.

• 130 persuna li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani ngħataw taħriġ minn professjonisti mill-Università ta’ Stirling dwar metodi ġodda ta’ Kura ghad-Dimensja.

• Ġie organizzat kors għall-carers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani biex jibqgħu aġġornati fuq il-kura tad-dimensja.

• Biex anki t-tfal jingħataw tagħrif dwar il-kundizzjoni ta’ dimensja tal-qraba tagħhom ġie ppubblikat il-ktieb In-Nannu Nesa x’Jisimni

Dan kollu juri li l-ħidma tal-gvern tindirizza bżonnijiet differenti tal-anzjani li għandhom id-dimensja.  Sfortunatament l-Oppożizzjoni hi biss interessata li tagħmel mill-anzjani ballun politiku, bla ebda rispett ta' xejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow