Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1376
Date Icon 19/06/2012

Oppożizzjoni li tfixkel u nieqsa mill-ideat

Kif kulħadd jaf, Malta qed timxi bi pjan serju u maqbul mal-Unjoni Ewropea fuq kif se tilħaq il-mira stabbilita ta’ 10% ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa sas-sena 2020. Pajjiżna, minkejja l-fatt li l-miri stabbiliti jibdew mis-sena 2012 sas-sena 2020, kif tindika l-istatistika ewropea diġa` beda jżid fl-użu ta’ enerġija nadifa li għandha twassal biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-pjan jinkludi l-proġett tal-irdieden tar-riħ, aktar panelli fotovoltajiċi inkluż fuq soqfa ta’ binijiet pubbliċi, u aktar enerġija mill-iskart.

Il-Ministeru jinnota li din l-istatistika ppublikata mill-EUROSTAT hi marbuta mas-sena 2010.  Minn dak iz-zmien ’l hawn diġa daħlu fis-seħħ:

  • il-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn li qed jipproduċi l-enerġija nadifa mill-iskart,

  • l-impjant ta’ barkat li wkoll  mid-dranaġġ qed jiġġenera l-enerġija biex jissuplixxi lill-istess impjant,

  • qed jintuża aktar minn miljun u nofs litru bio-diesel mħallat mad-diesel,

  • kif nħarġu skemi biex aktar familji u negozji jinvestu f’sistemi ta’ panelli solari u solar water heaters. Intant kienu mat-12,000 familja li fl-aħħar snin ibbenefikaw minn skemi biex installaw dan l-apparat.

  • Daħlet fis-seħħ sistema ta’ feed-in tariffs fejn għal kull unit ta’ enerġija ġġenerat mill-pannelli fotovoltajiċi il-familji jingħataw 25 ċenteżmu ta’ ewro. Bħala parti mil-pjan tal-Gvern li Għawdex ikompli jkun gżira ekoloġika, l-familji għawdxin bdew jingħataw 28 ċenteżmu għal kull unit iġġenerat. 

  • Inħareġ tender biex 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ bini pubbliku jintuża biex jinksew b’sistemi ta’ panelli fotovoltaiċi.

Li missu qal l-Onor Brincat hu li kull meta l-Gvern ħabbar il-pjanijiet tiegħu favur aktar enerġija nadifa, l-Opposizzjoni baqgħet siekta jew fixklet. Meta l-Gvern ħabbar il-pjan għall-iżvillup ta’ Wind Farms f’pajjiżna l-Kap tal-Opposizzjoni nnifsu kien mar ibeżża l-bdiewa kontra din it-teknoloġija, u qal li l-arbli tat-turbini jagħmlu l-ħsara lill-ilma tal-pjan. Ħrafa li qatt sa llum ma ssostanzjha. L-Opposizzjoni dejjem baqgħet siekta u lanqas biss ipparteċipat f’xi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika relatat ma’ dan il-qasam u saħansitra fixklet  u opponiet  teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija bħalma huma dawk li jiprovdu l-enerġija nadifa mill-iskart.

Is-serjeta` titlob mod ieħor, pajjiżna u l-poplu jixraqlu aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow