Left arrow Go Back

IKTAR XOGĦOL B’PAGI TAJBIN FL-INDUSTRIJA TAL-AVJAZZJONI

pr1372
Date Icon 19/06/2012

Kmieni llum wara nofsinhar, il-Ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur,  Jason Azzopardi, żar lill-kumpanija Hawk Aerospace ġewwa l-ufficini tagħha f’Birkirkara.  Il-Kumpanija Hawk Aerospace ibbenefikat minn għotja ta’ xejn inqas minn €160,000 mill-Malta Enterprise sabiex min-naħa tagħha tkun tista tipparteċipa fil-programmi Eureka & Eurostars.  Sa mit-twaqqif tagħha, Hawk Aerospace uriet ir-rieda li tagħmel il-parti tagħha sabiex tinvesti f’industrija innovattiva u li dejjem qed tespandi, dik tal-avjazzjoni.  Hawk Aerospace hija waħda mill-ftit kumpaniji li bbenefikaw minn assistenza simili mill-Malta Enterprise, liema assistenza tinkoraġġixxi proġetti ta’ riċerka u żvilupp bejn kumpaniji li joriġinaw minn pajjiżi differenti iżda li jiffurmaw parti mill-Eureka network.

Is-Sur Roger Archer, direttur tal-kumpanija, qal illi l-kumpanija twaqqfet fl-2004 u tispeċjalizza fil-bini u l-kirjiet tal-Unmanned Aerial Vehicles (UAVs).  Mill-2004 sal-lum l-impjegati fil-kumpanija żdiedu minn 2 għal 5.  Il-kumpanija ddiversifkat ukoll il-linja tagħha u fl-2008 għaddiet sabiex tispeċjalizza fuq il-bini tat-teknologija.  Is-Sur Archer qal li l-proġett Eureka huwa programm ta’ inizjattiva tal-Eunjoni Ewropea li beda fl-1995 u l-iskop ta’ dan il-programm hu li jgħin lil kumpaniji minn pajjiżi differenti sabiex jaħdmu flimkien fuq proġetti ta’ riċerka.  Bis-saħħa tal-programm Eurostars, il-membri nvoluti jiġu nkoraġġiti sabiex jaħdmu flimkien fuq proġetti ta’ riċerka uniċi u li eventwalment jiftħu orizzonti ġodda f’numru ta’ setturi bħalma hu dak tas-sigurta`.  Is-Sur Archer qal li Hawk Aerospace qed tikber u timxi ’l quddiem u hija ta’ eżempju għal kumpaniji micro bħalha sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jinvestu fil-prodott ‘made in Malta’ li jkun ifisser li prodott ta’ kwalita` jkun disinjat u maħruġ mill-Maltin. 

Min-naħa tiegħu l-Ministru Azzopardi saħaq li Hawk Aerospace qed tinvesti fit-teknoloġija u hija eżempju ta’ intraprenditorija fantastika.  Hu nnota li l-kumpanija qed tikber tant li llum għandha problema ta’ spazju.  Il-Ministru Azzopardi qal li huwa applawsibbli l-fatt li l-kumpanija li twaqqfet fl-2004 kompliet tikber u sabet niċċa għaliha, wara investiment mhux żgħir u sagrifċċji kbar.  Huwa qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tisma’ li Hawk Aerospace ikollha talbiet saħansitra mill-Far East u anke bħal dik tal-bieraħ stess, mill-Venezuela.  Huwa tenna li huwa nkoraġġanti illi kumpanija bħal din ħadet fondi mill-Malta Enterprise u minkejja dan investit ħafna fondi oħra min-naħa tagħha. Dan juri li l-Malti ttieh l-ispazju u jikber, dejjem jekk tipprovdilu l-klima ekonomika ġusta.  Il-Ministru kkonkluda billi rrimarka illi l-kumpaniji żgħar li huma madwar 63,000 u li jimpjegaw inqas minn 10 impjegati huma s-sinsla tal-ekonomijia Maltija u li kumpanija bħal Hawk Aeropace tikkreja sens kbir ta’ ottimiżmu bħalma jafu jiġġeneraw biss kumpaniji simili żgħar b’ambizzjonijiet kbar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow