Left arrow Mur Lura

Il-PRESIDENT GEORGE ABELA PPREŻENTAT BIL-KTIEB BALLUN PINĠUT

pr1360
Date Icon 18/06/2012

Il-President George Abela ġie ppreżentat bil-ktieb Ballun Pinġut maħruġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-preżentazzjoni saret mill-Prof. Manwel Mifsud, il-President tal-Kunsill tal-Malti. Għall-preżentazzjoni attendew ukoll is-Sur Olvin Vella u s-Sur Thomas Pace li kienu parti mill-bord editorjali tal-ktieb.

L-awtur tal-ktieb huwa Keith Attard u fih jinkludi ġabra ta’ 930 espressjoni mil-logħba tal-futbol, li nġabru minn fomm iż-żgħażagħ Maltin li jilagħbu dil-logħba l-iskola u fil-mixtliet tal-klabbs tagħhom, u jsegwuha b’passjoni.

Il-ktieb inħareġ apposta fi żmien il-logħob tal-Ewro 2012 bil-ħsieb li jkun ta’ għajnuna għall-ġurnalisti u l-kummentaturi sportivi ħalli minnu jkunu jistgħu jsibu l-aħjar kelma biex jiddeskrivu l-azzjoni waqt il-logħob tal-futbol. L-espressjonijiet, li jidhru f’ordni alfabetika, ġew ikkonfermati ma’ referì, plejer, kowċ, membru ta’ kumitat, dilettant u ġurnalist sportiv. Dan sar biex ikun hemm indikazzjoni ta’ kemm il-kliem miġbur hu mifrux fuq fomm in-nies.

Peress li l-ktieb hu maħsub għal idejn il-ġurnalisti, l-Għaqda Ġurnalisti Sports, fuq talba tal-Kunsill tal-Malti, ħatret lill-ġurnalist Mario Bonnici bħala rappreżentant tagħha fil-bord editorjali li tlaqqa’ biex jgħarbel il-ġabra u jnaqqi minnha l-kliem dispreġjattiv li l-ġurnalisti jħossu li ma jixraqx li jingħad fuq il-mezzi tax-xandir.

Il-ktieb Ballun Pinġut tista’ tarah mis-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti www.kunsilltalmalti.gov.mt

Min jixtieq iżid xi espressjoni li mhix tidher f’din l-edizzjoni jista’ jżidha fil-paġna tal-Facebook "Ballun Pinġut" jew jgħaddiha fl-indirizz futbol@kunsilltalmalti.gov.mt. Hemm il-ħsieb li l-ġabra tal-espressjonijiet, li qed tkompli tikber, tinħareġ ukoll f’edizzjoni oħra mkabbra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow