STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Kull student wara li jtemm l-iskola sekondarja jista’ jkompli l-istudji tiegħu minkejja li ma jkunx kiseb ċertifikati tas-SEC. Il-Gvern Nazzjonalista ilu li investa f’opportunitajiet ġodda fl-edukazzjoni u għalhekk illum dawn iż-żgħażagħ għandhom l-opportunità li jkomplu l-istudju tagħhom fl-MCAST, fl-Istitut tal-Istudju Turistiċi u bil-programm ġdid li beda f’din il-leġislatura l-Youth.inc li hu mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.
Dott. Muscat f’laqgħa politika dal-għodu f’Birkirkara ta l-impressjoni li dawn iż-żgħażagħ li ma qagħdux għal O level ma jistgħux ikomplu l-istudji tagħhom meta fil-verità hemm diversi programmi ta’ studju li huma jistgħu jkomplu wara l-istudju fil-livell sekondarju. Dawn il-programmi jinkludu l-Youth.Inc, il-Foundation programmes u l-iskemi tal-apprentistat li joffru kemm l-MCAST kif ukoll l-ITS.
F’dawn l-aħħar ġimgħat kien qed isir eżerċizzju ma’ dawk l-istudenti tal-Form V li mhux se jagħmlu l-eżamijiet tal-O Level tas-SEC biex dawn ikunu mħajra biex jidħlu fi programmi li jgħinuhom biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jkomplu mexjin ‘il quddiem u jkunu impjegabbli.
Dan l-eżerċizzju qed jitmexxa mill-għalliema tal-Guidance, Career Advisors, Youth Workers, Counselors u Social Workers li hemm fl-għaxar kulleġġi li jiġbru fihom l-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn iż-żgħażagħ se jiġu kkuntattjati wieħed wieħed biex jingħataw l-għajnuna biex jekk jixtiequ jkunu jistgħu japplikaw ħalli jkomplu l-istudji tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017