IL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISJONI EWROPEA, ANTONIO TAJANI, ISOSTNI LI L-POLITIKA TA’ MALTA GĦAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR HIJA BEST PRACTICE
Matul il-ġurnata tal-bierah ġew organizzati żewġ laqgħat importanti f’pajjiżna relatati man-negozji żgħar u medji. Saret għall-ewwel darba f’pajjiżna l-laqgħa tal-SME Envoys fejn is-27 mibgħuta speċjali ta’ kull pajjiż Ewropew iltaqgħu sabiex jiddiskutu temi ta’ mportanza fis-settur tan-negozji żgħar u medji. Il-Ministru Jason Azzopardi li huwa wkoll il-mibgħut speċjali tal-intrapriżi żgħar u medji għal Malta , fetaħ din il-laqgħa fejn spjega kemm huwa ta’ unur għal pajjiżna li l-Kummissjoni Ewropea għażlet lil Malta sabiex torganizza tali avveniment.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Azzopardi spjega dwar l-importanza li Malta tagħti lis-settur tan-negozji żgħar u medji għaliex dawn huma s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa qal li Malta tista sservi bħala għajnuna sabiex jiġu stabbiliti kuntatti u relazzjonijiet tajbin bejn il-pajjiżi Ewropej u pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq. Il-Ministru saħaq li l-aħħar ċifri tal-iskema Microcredit huma inkoraġġanti hafna u filfatt spjega ,li nofs l-allokkazzjoni ta’ dawn il-fondi diġa ntużaw. Qal, li dan kollhu jixhed li n-negozji Maltin iridu jinvestu u jkabbru l-operat tagħhom. Huwa kompla jgħid li l-Gvern Malti għandu fl-interess tiegħu li jsaħħaħ n-negozji Maltin u Għawdxin sabiex dawn ikunu aktar kompetittivi u jikkollaboraw ma’ pajjiżi oħra fuq livell mhux biss ewropew iżda fuq dak internazzjonali.
Kelliema oħra li għamlu l-intervent tagħhom huma s-Sur Daniel Calleja Crespo, Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Intrapriża u l-Industrija tal-Unjoni Ewropea li huwa wkoll l-mibghut speċjali tal-intraprizi Żgħar u Medji tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Vici President tal-Kummissjoni Ewropea, s-Sur Antonio Tajani. Fl-intervent tiegħu s-Sur Tajani qal li Malta hija best practice fil-politika taghna ghan-nnegozji zghar, partikolarmentt f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ access ghal-finanzjament li huwa sostenn importanti ghan-negozji z-zghar.
Il-Ministru Azzopardi rringrazzja lis-Sur Tajani talli laqa’ l-istedina tiegħu u attenda għal din il-laqgħa u għall-attivitajiet oħra fil-ħin limitat li kellu u awgura illi Malta tkompli tipproduċi aktar stejjer ta’ suċċess fis-settur tan-negozji żgħar u medji. Huwa qal li dawn l-istejjer ikomplu jimlew bil-kurraġġ lill-Gvern lokali sabiex jkompli jinċentiva u jgħin lin-negozji jkabbru u jinvestu sabiex isaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Laqgħa oħra importanti kienet organizzata fl-istess hin mill-Malta Business Bureau flimkien mal-Ministeru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żghar u l-Konsumatur. Is-seminar: “Bridging business opportunities for SME’s in the North African Region”, laqqa’ flimkien diversi negozjanti lokali li urew interess li jwessgħu n-negozju tagħhom ma’ pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq speċjalment fill-Libya, f’Tuneż u fl-Eġittu. ‘Il fuq minn 80 negozjant kellhom l-esperjenza, jiltaqgħu dirett ma’ esponenti minn dawn it-tliet pajjiżi sabiex, min naħa tagħhom taw informazzjoni dwar kif tista’ tissaħħaħ ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ dawn il-pajjiżi f’dak li jirrigwardja s-settur tan-negozji. L-attivita nfetħet mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi u mis-Sur George Vella, President tal-Malta Business Bureau.
Il-Ministru Azzopardi tkellem dwar l-importanza ta’ din il-laqgħa li fi kliemu għandha sservi bħala pjattaforma ta’ kuntatt dirett u bażi għall-relazzjoni tajba ma’ pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq f’dak li jirrigwardja s-settur tan-negozju. Il-Ministru Azzopardi qal li Malta tista sservi ta’ eżempju ċar għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali kemm ma pajjizi Ewropej kif ukoll ma pajjiżi oħra. Huwa qal li bl-opportunitajiet ta’ kummerċ , tissaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiżi u jiġu ġenerati l-impjiegi. Spjega, li Malta toffri suq ta’ ekonomija miftuħ, track record eċċellenti u tgawdi minn livell ta’ ħajja relativament tajjeb. Huwa qal li Malta għandha relazzjonijiet b’saħħithom kemm ma pajjiżi Ewropej u ma numru ta’ pajjizi tal- Afrika ta’ fuq, kif ukoll tħaddan policy ta’ investiment liberali.
Dawn iz-zewg attivitajiet, li saru fl-istess gurnata u post, taw il-possibilita’ li f’hin partikolari ikun hemm skambju ta’ informazzjoni u ideat dwar l-andament taz-zewg avvenimenti. Din tat l-opportunita’ sabiex il-participanti mis-27 pajjiz tal-Unjoni Ewropea setghu jifmhu ahjar x’inhuma l-opportunatjiet li jezistu fin-nofsinhar tal-Mediterran u kif Malta tista’ sservi ta’ pont bejn l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Afrika ta’ Fuq.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017