Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1343
Date Icon 14/06/2012

L-Oppożizzjoni tipprova tħarbat lill-istudenti u timmina l-proċess edukattiv

L-istqarrija maħruġa llum mill-kelliem Laburista għas-Saħħa dwar ix-xogħol tas-sajf tal-istudenti tan-Nursing tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħmel litteralment minn kollox biex forsi tiggwadanja xi vot.

Fi stqarrija tipikament negattiva, l-Oppożizzjoni saħansitra użat dak li qalilha persuna permezz ta’ email, biex tmaqdar is-sistema edukattiva u s-sistema tas-saħħa. Hija ħasra li, b’nuqqas ta rispett lejn il-verità, l-Oppożizzjoni anqas biss ivverifikat il-fatti li waslulha qabel ma ppublikat l-istqarrija.

Fil-fatt, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità jinforma lill-istudenti preżenti, u lill familjari tagħhom, li m’hu se jinbidel xejn fejn jidħol ix-xogħol tal-istudenti tan-Nursing matul is-Sajf.

Filwaqt li dan huwa aġir li issa sar sinonimu mal-Partit Laburista, l-istess Oppożizzjoni, filwaqt li dejjem tgħid li għandha għal qalbha lil kulħadd, permezz ta’ stqarrija waħda insultat mhux biss l-intelliġenza tal-istudenti imma wkoll il-professjonisti li jwasslu t-taħriġ, studenti prospettivi u wkoll lill- ġenituri taż-żgħażagħ li qed jiġu mħarrġa.

Huwa inaċċettabbli li l-Oppożizzjoni titfa’ t-tajn u taħbi idha, iżda huwa ferm aktar gravi meta dan isir bi ħsieb, eżattament fiż-żmien li matulu ħafna studenti jkunu qed jaħsbu fl-għażla ta’ taħriġ biex ikunu jistgħu jibdew it-triq għall-karriera tal-għażla tagħhom.

B’dan l-aġir, l-Oppożizzjoni kompliet turi d-differenza bejn Gvern b’viżjoni u Oppożizzjoni opportunista.  Il-fatti juru li matul dawn l-aħħar 24 siegħa, filwaqt li l-Gvern ħabbar li saħħaħ il-possibilitajiet edukattivi għal dawk li jixtieq jaħdmu fis-settur tas-saħħa, l-Oppożizzjoni toħroġ stqarrija bbażata fuq email żbaljata fil-fatt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow