STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Risposta għall-Istqarrija tad-Deputat Laburista Justyne Caruana
Id-deputat Laburista ma fehmet xejn dwar il-kunċett wara d-Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Din mhix dar tal-anzjani, iżda hi dar fil-komunità li toffri servizzi differenti fosthom għat-tfal, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani.
Id-Dar toffri diversi servizzi fosthom servizzi ta' berġa, servizzi ta’ speech therapy għat-tfal, night shelter u ċentru ta’ matul il-jum u toffri wkoll servizzi residenzjali. Il-ħsieb wara d-dar tal-Mellieħa dejjem kien li din toffri servizzi differenti fil-komunità li jvarjaw minn dawk fejn persuna tmur tagħmel xi check ups u kura tat-tfal għal dawk residenzjali fosthom għall-persuni b'diżabilità. Dan biex il-persuni b'diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità.
Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-pożizzjoni tal-Partit Laburista li bl-iswed fuq l-abjad qal li l-pożizzjoni tiegħu hi li l-Isptar San Luqa jinbidel biex jilqa' fih il-persuni b'diżabilità.
Il-Gvern jemmen li l-persuni b'diżabilità għandhom jgħixu kemm jista' jkun ħajja indipendenti, u jgħixu fil-komunità u mhux f'istituzzjoni bħall-Isptar San Luqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017