Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1334
Date Icon 13/06/2012

Risposta għall-Istqarrija tad-Deputat Laburista Justyne Caruana

Id-deputat Laburista ma fehmet xejn dwar il-kunċett wara d-Dar il-Madonna tal-Mellieħa.  Din mhix dar tal-anzjani, iżda hi dar fil-komunità li toffri servizzi differenti fosthom għat-tfal, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani.

Id-Dar toffri diversi servizzi fosthom servizzi ta' berġa, servizzi ta’ speech therapy għat-tfal, night shelter u ċentru ta’ matul il-jum u toffri wkoll servizzi residenzjali. Il-ħsieb wara d-dar tal-Mellieħa dejjem kien li din toffri servizzi differenti fil-komunità li jvarjaw minn dawk fejn persuna tmur tagħmel xi check ups u kura tat-tfal għal dawk residenzjali fosthom għall-persuni b'diżabilità. Dan biex il-persuni b'diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-pożizzjoni tal-Partit Laburista li bl-iswed fuq l-abjad qal li l-pożizzjoni tiegħu hi li l-Isptar San Luqa jinbidel biex jilqa' fih il-persuni b'diżabilità.  

Il-Gvern jemmen li l-persuni b'diżabilità għandhom jgħixu kemm jista' jkun ħajja indipendenti, u jgħixu fil-komunità u mhux f'istituzzjoni bħall-Isptar San Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow