Left arrow Mur Lura

ĠIMGĦA IMPENJATTIVA B’ŻEWĠ AVVENIMENTI IMPORTANTI RELATATI MAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI

pr1320
Date Icon 12/06/2012

Fi tmiem din il-ġimgħa se jsiru żewġ laqgħat ta’ livell ogħli f’pajjizna li se jkunu ffukati fuq is-settur tan-negozji ż-Żgħar u Medji. Laqgħa minnhom se tkun dik tal-SME Envoys li se tkun qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, li laqgħat l-istedina uffiċjali tal-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi, li huwa wkoll il-mibgħut speċjali tal-intrapriżi żgħar u medji ta’ Malta sabiex din il-laqgħa ssir f’pajjiżna. F’din il-laqgħa l-mibgħuta kollha tal-intrapriżi żgħar u medji ta’ kull pajjiż Ewropew se jiltaqgħu flimkien għall-ewwel darba f’Malta u jiddiskutu temi ta’ importanza f’dan is-settur. Din hija vetrina importanti għal pajjiżna li se jkun qed jospita dan l-avveniment, li għall-ewwel darba se  jiġi organizzat barra minn Brussell.

Preżenti għal din il-laqgħa se jkun hemm fost l-oħrajn is-Sur Daniel Calleja Crespo, Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Intrapriża u l-Industrija tal-Unjoni Ewropea li huwa wkoll il-mibgħut speċjali tal-intraprizi Żgħar u Medji tal-Unjoni Ewropea kif ukoll is-Sur Antonio Tajani, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-laqgħa se jiġu diskussi temi dwar is-Small Business Act, l-żviluppi dwar il-politika tal-Intrapriżi żgħar u medji tal-Unjoni Ewropea, l-importanza u t-tkabbir tal-intrapriżi, kif ukoll pjan ta’ azzjoni dwar is-settur tal-intraprenditorija.

Avveniment ieħor importanti li se jkun qed isir fl-istess ġurnata huwa Seminar bit-tema: “Bridging business opportunities for SME’s in the North African Region”, li se jkun qed jigi organizzat mill-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur b’kollaborazzjoni mal-Malta Business Bureau. Diversi negozji lokali qed jiġu mistiedna jattendu dan is-seminar sabiex jiġu infurmati dwar l-opportunitajiet ta’ negozju li hemm f’pajjizi tal-Afrika ta’ fuq bħal-Libja, Tuneżija u l-Eġittu. Rappreżentanti minn dawn il-pajjizi se jkunu qed jiddiskutu u jwasslu informazzjoni dwar kif tista’ tissaħħaħ ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ dawn il-pajjiżi f’dak li jirrigwardja s-settur tan-negozju. Se jsiru wkoll diversi workshops kif ukoll interventi minn rappreżentanti kemm lokali u dawk Ewropej li jinkludu ċ-Chamber of Commerce, il-Malta Enterprise, Eurochambres, DG Enterprise and Industry u l-Kummisjoni Ewropea.

Il-Ministru Jason Azzopardi se jkun qed jiftaħ iż-żewġ laqgħat li se jsiru nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2012 f’lukanda ewlenija ġewwa l-Furjana. Dawk in-negozji kollha interessati li jattendu għas-Seminar: “Bridging Business opportunities for SME’s in the North African Region”, għandhom jagħmlu kuntatt mal-Malta Business Bureau billi jċemplu fuq 21251719 jew jibgħatu e-mail fuq info@mbb.org.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow