Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1317
Date Icon 12/06/2012

Ftehim dwar l-estensjoni tal-kuntratt tal-Piloti Marittimi

Il-Gvern permezz ta’ Transport Malta illum qed jiggarantixxi estensjoni tal-kuntratt tal-koperattiva tal-Piloti Marittimi.

L-estensjoni li qed niffirmaw illum tiggarantixxi x-xogħol għal 15-il sena li ġejjin jiġifieri sa l-2037.

Ghaliex ingħatat din l-estensjoni?

Din il-koperattiva, li twaqqfet fl-2007, tat prova ċara ta’ determinazzjoni, effiċjenza, servizzi bla skossi fil-Portijiet taghna, qatt ma kien hemm strikes imma dejjem imxew id f’id ma’ l-Awtorita’ u mal-Gvern.

Il-Piloti Marittimi taw servizz eċċellenti lill-industrija filwaqt li nvestew fit-tahrig tal-piloti u l-ekwipaġġ tagħhom, u bis-saħħa tal-kapaċita’ ta’ dawn il-ħaddiema, Malta tgawdi l-fiduċja tal-Kaptani tal-maġġoranza tal-vapuri reġistrati fuq ir-reġistru Malti u dawk kollha li jidħlu għal raġuni jew oħra fil-Portijiet tagħna.

Għal grazzja t’Alla u grazzi għat-taħriġ u l-attenzjoni li tagħti din il-koperattiva s’issa qatt ma seħħew inċidenti fil-Portijiet taghna.

Grazzi ghal ftehim li kien iffirmat illum, dawn il-Piloti Marittimi se jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom fil-Port il-Kbir, fil-Port ta’ Marsamxett, fil-Port ta’ MarsaXlokk u anke fil-Port ta’ l-Imgarr f’Għawdex.

Tul l-aħħar snin il-Koperattiva investiet:

  • f’żewġ Pilot boats b’investiment ta’ €1.6m

  • f’taħriġ li sewa kwazi €120,000 fis-sena

  • investiet f’simulator ghat-taħriġ b’investiment ta’ €650,000

  • żiedet l-ekwipaġġ b’sitt persuni oħra biex issa jlaħħqu l-21

  • timpjega 15-il pilota marittimu (wieħed aktar milli meħtieġ minħabba nuqqas ta’ persuni kwalifikati fit-tbaħħir.)

Il-koperattiva tal-Piloti Marittimi huma obligati li:

  • Jkomplu jinvestu, kemm billi jżidu l-impjiegi u t-tagħmir biex ilaħħqu mal-ħtieġa li qed joħloq it-traffiku ta’ vapuri f’pajjiżna u t-tipi varji ta’ vapuri li qed jidħlu fil-Portijiet tagħna.

  • Fil-5 snin li ġejjin huma obbligati li jinvestu €1.5m oħra f’dawn l-oqsma.

  • Iħarrġu ekwipaġġ ġdid biex jieħu post dawk li qed jirtiraw bl-eta’

  • Jipparteċipaw fis-servizz ta’ Emergenza Nazzjonali u jipparteċipaw fit-taħriġ (drills) regulari li torganizza Transport Malta bi tħejjija għal eventwalita ta’ emerġenza fuq il-baħar.

 Konklużjoni:

Dan il-Gvern jippremja lil min jieħu xogħlu bis-serjeta’ u jaspira li kulħadd ikollu impjieg b’pagi tajbin. Filwaqt li l-Gvern iħeġġeġ aktar studenti biex jieħdu din il-linja ta’ baħħara għall-opportunitajiet qed jiżdiedu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow