STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
Ftehim dwar l-estensjoni tal-kuntratt tal-Piloti Marittimi
Il-Gvern permezz ta’ Transport Malta illum qed jiggarantixxi estensjoni tal-kuntratt tal-koperattiva tal-Piloti Marittimi.
L-estensjoni li qed niffirmaw illum tiggarantixxi x-xogħol għal 15-il sena li ġejjin jiġifieri sa l-2037.
Ghaliex ingħatat din l-estensjoni?
Din il-koperattiva, li twaqqfet fl-2007, tat prova ċara ta’ determinazzjoni, effiċjenza, servizzi bla skossi fil-Portijiet taghna, qatt ma kien hemm strikes imma dejjem imxew id f’id ma’ l-Awtorita’ u mal-Gvern.
Il-Piloti Marittimi taw servizz eċċellenti lill-industrija filwaqt li nvestew fit-tahrig tal-piloti u l-ekwipaġġ tagħhom, u bis-saħħa tal-kapaċita’ ta’ dawn il-ħaddiema, Malta tgawdi l-fiduċja tal-Kaptani tal-maġġoranza tal-vapuri reġistrati fuq ir-reġistru Malti u dawk kollha li jidħlu għal raġuni jew oħra fil-Portijiet tagħna.
Għal grazzja t’Alla u grazzi għat-taħriġ u l-attenzjoni li tagħti din il-koperattiva s’issa qatt ma seħħew inċidenti fil-Portijiet taghna.
Grazzi ghal ftehim li kien iffirmat illum, dawn il-Piloti Marittimi se jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom fil-Port il-Kbir, fil-Port ta’ Marsamxett, fil-Port ta’ MarsaXlokk u anke fil-Port ta’ l-Imgarr f’Għawdex.
Tul l-aħħar snin il-Koperattiva investiet:
f’żewġ Pilot boats b’investiment ta’ €1.6m
f’taħriġ li sewa kwazi €120,000 fis-sena
investiet f’simulator ghat-taħriġ b’investiment ta’ €650,000
żiedet l-ekwipaġġ b’sitt persuni oħra biex issa jlaħħqu l-21
timpjega 15-il pilota marittimu (wieħed aktar milli meħtieġ minħabba nuqqas ta’ persuni kwalifikati fit-tbaħħir.)
Il-koperattiva tal-Piloti Marittimi huma obligati li:
Jkomplu jinvestu, kemm billi jżidu l-impjiegi u t-tagħmir biex ilaħħqu mal-ħtieġa li qed joħloq it-traffiku ta’ vapuri f’pajjiżna u t-tipi varji ta’ vapuri li qed jidħlu fil-Portijiet tagħna.
Fil-5 snin li ġejjin huma obbligati li jinvestu €1.5m oħra f’dawn l-oqsma.
Iħarrġu ekwipaġġ ġdid biex jieħu post dawk li qed jirtiraw bl-eta’
Jipparteċipaw fis-servizz ta’ Emergenza Nazzjonali u jipparteċipaw fit-taħriġ (drills) regulari li torganizza Transport Malta bi tħejjija għal eventwalita ta’ emerġenza fuq il-baħar.
Konklużjoni:
Dan il-Gvern jippremja lil min jieħu xogħlu bis-serjeta’ u jaspira li kulħadd ikollu impjieg b’pagi tajbin. Filwaqt li l-Gvern iħeġġeġ aktar studenti biex jieħdu din il-linja ta’ baħħara għall-opportunitajiet qed jiżdiedu.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017