Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SIGURTA’ SOĊJALI

pr1313
Date Icon 10/06/2012

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jirreferi għall-ittri b’informazzjoni li ntbagħtu reċentement lill-pensjonanti dwar il-pagamenti tal-pensjoni. 

Dawn l-ittri, li joħorġu kull sitt xhur, ikun fihom dettalji dwar il-pagamenti li l-pensjonant/a ikun/tkun irċieva/irċeviet fis-sitt xhur ta’ qabel, kif ukoll stima ta' kemm se jkunu l-pagamenti tal-pensjoni fis-sitt xhur li jmiss.

Fl-ittri li għadhom kemm ħarġu dan ix-xahar kien hemm żball b’tali mod li ħarġu dettalji dwar il-pensjoni dovuta f'Diċembru ta' din is-sena.  Normalment, peress li dan il-pagament ikun qed jitħallas bil-quddiem, ikun irid jiġi inkluż mal-pagament tal-pensjonijiet għas-sena d-dieħla.

Dan ifisser li r-referenza li qed issir fl-ittra dwar it-taxxa hi żbaljata u għandha tiġi injorata.

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali se jkun qed jikkomunika individwalment mal-pensjonanti kollha sabiex jagħtihom l-informazzjoni korretta.

Id-Dipartiment jisgħobbih għal kull inkonvenjent li seta' nħoloq b'dan l-iżball fl-ittra msemmija.

Aktar informazjoni tinkiseb mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.  Inkella wieħed jista’ jċempel fuq il-linja SPIC 159 jew inkella il-Customer Call Centre fuq 2590 3000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow