STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SIGURTA’ SOĊJALI
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jirreferi għall-ittri b’informazzjoni li ntbagħtu reċentement lill-pensjonanti dwar il-pagamenti tal-pensjoni.
Dawn l-ittri, li joħorġu kull sitt xhur, ikun fihom dettalji dwar il-pagamenti li l-pensjonant/a ikun/tkun irċieva/irċeviet fis-sitt xhur ta’ qabel, kif ukoll stima ta' kemm se jkunu l-pagamenti tal-pensjoni fis-sitt xhur li jmiss.
Fl-ittri li għadhom kemm ħarġu dan ix-xahar kien hemm żball b’tali mod li ħarġu dettalji dwar il-pensjoni dovuta f'Diċembru ta' din is-sena. Normalment, peress li dan il-pagament ikun qed jitħallas bil-quddiem, ikun irid jiġi inkluż mal-pagament tal-pensjonijiet għas-sena d-dieħla.
Dan ifisser li r-referenza li qed issir fl-ittra dwar it-taxxa hi żbaljata u għandha tiġi injorata.
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali se jkun qed jikkomunika individwalment mal-pensjonanti kollha sabiex jagħtihom l-informazzjoni korretta.
Id-Dipartiment jisgħobbih għal kull inkonvenjent li seta' nħoloq b'dan l-iżball fl-ittra msemmija.
Aktar informazjoni tinkiseb mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Inkella wieħed jista’ jċempel fuq il-linja SPIC 159 jew inkella il-Customer Call Centre fuq 2590 3000.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017