Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI, GEORGE PULLICINO JINAWGURA MASĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ F’SAN ĠWANN

pr1312
Date Icon 10/06/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino inawgura masġar taż-żebbuġ f’San Gwann. Dan il-masġar ġie ddedikat għall-ewwel Kappillan li serva lill-komunita’ Parrokkjali ta’ San Gwann Patru Leopoldo Tabone OFM Cap.

Il-Ministru Pullicino qal li dan il-masġar hu mibni fuq art kbira madwar 3,000 metru kwadru fuq art li kienet abbandunata fuq tul ta’ 540 metru. Dan il-post mogħti lura lin-nies fi spazzju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji hu msebbaħ b’pajsaġġi li jduru madwar ‘l fuq minn 320 siġra taż-żebbuġ. Dan il-ġnien fih ukoll girna u numru ta’ bankijiet.

Il-parti l-kbira tas-siġar f’dan il-masġar tħawwlu dalgħodu mir-residenti stess tal-madwar li addattow siġra permezz tal-kampanja 34U. Kull siġra ghandha tag bl-isem ta min ikun adotta dik is-siġra. 100 siġra oħra ġew mħawwla minn The Point Shopping Complex, u 23 siġra ngħataw minn Soroptimist International.

Preżenti għall-attivita’ ta’ dalgħodu kien hemm ukoll is-Sindku u l-Kunsilliera ta’ San Gwann, u l-kappillan tal-lokalita’ Patri Effie Mallia li bierek ukoll dan il-masġar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow