Left arrow Mur Lura

INAWGURAT OUTDOOR GYM IEĦOR FIL-MELLIEĦA

pr1306
Date Icon 08/06/2012

Proġett ieħor għall-familji biex jagħmlu attività fiżika bla ħlas il-ġurnata kollha

Sal-aħħar ta’ din is-sena il-KMS se jkun inawgura ħames outdoor gyms madwar Malta. Dan flimkien mal-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel li qed jinfetħu għall-pubbliku u qed joffru opportunitajiet bla ħlas għall-persuni ta’ kull età biex wieħed jgħix ħajja attiva u b’saħħitha. Hekk sostna l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport waqt il-ftuħ uffiċjali tal-outdoor gym tal-Mellieħa.

Dan l-outdoor gym fil-Mellieħa huwa parti mill-park tal-familja fil-Mellieħa li se jkun qed jinkorpora fih diversi faċilitajiet ta’ sport u attività fiżika, fosthom trakka għall-mixi u l-jogging; faċilità għar-roti u faċilitajiet tal-basketball u l-volleyball.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-Gvern qiegħed jifrex il-programmi sportivi tiegħu biex jilħaq faxex differenti ta’ persuni fis-soċjetà fosthom tfal, adulti, anzjani u anke persuni b’diżabilità.

L-Onor. Puli qal li għall-ewwel darba f’din il-leġiżlatura il-Gvern daħal bi sħab mal-Kunsilli Lokali biex jorganizza programmi sportivi u t’attività fiżika fil-lokalitiajiet. S’issa aktar minn 13,000 persuna ipparteċipaw f’dawn il-programmi. Huwa żied li l-kooperazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed twassal biex dan il-ftehim qed jittieħed fl-livell differenti.

Puli saħaq li biex jagħmel l-attività fiżika aktar aċċessibbli, apparti l-proġetti kapitali kbar fil-kumplessi sportivi, fl-2010 infetaħ l-ewwel outdoor gym f’Ta’ Qali bħala proġett pilota. Dan il-proġett kien suċċess, tant li wara li issa infetaħ l-outdoor gym fil-Mellieħa fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jinfetħu aktar minn dawn il-faċilitajiet f’diversi lokalitajiet fosthom  f’Ħ’Attard, Ħal Qormi u f’Ħaż-Żabbar

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-gym hu mgħammar b’diversi makni u żied li l-makkinarju li inxtara f’dan l-outdoor gym huwa tajjeb għat-taħriġ kollu tal-muskoli b’varjetà wiesgħa ta’ eżerċizzji. 

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm is-Sindku tal-Mellieħa is-Sur Robert Cutajar li faħħar l-impenn tal-Gvern fil-qasam sportiv u rikreattiv għall-familji Melliħin. Preżenti wkoll kien hemm l-atleta Nazzjonali Malti William Chetcuti, li huwa wkoll mill-Mellieħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow