AVVIŻ GĦALL-MALTIN LI QED ISEGWU L-EURO 2012 FIL-POLONJA U L-UKRAINA
pr1298
08/06/2012
Huma diversi l-Maltin li matul dawn il-ġimgħat se jkunu qed jassistu għal logħob tal-football Euro 2012 ġewwa l-Polonja u l-Ukraina. B’inizjattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, dawk il-Maltin li jinsabu fil-Polonja jistgħu jagħmlu kuntatt f’każ ta’ bżonn mal-Ambaxxata Maltija f’Varsavja fuq in-numru telefoniku (0048) 22 646 4639 jew fuq l-email maltaembassy.warsaw@gov.mt. L-Ambaxxata Maltija fil-Polonja hija mmexxija mill-Ambaxxatur Malti Godwin Montanaro.
Dan is-servizz huwa wkoll estiż ġewwa l-Ukraina grazzi għal ħidma tal-kandidat-konslu tal-Ukraina Pavlo Grechkivsky. Dan is-servizz jinkludi sit elettroniku www.malta.in.ua u n-numru telefoniku (0038) 096 979 31 50.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017