STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
Dott Muscat irid jindahal fl-amministrazzjoni tal-Banek. Irid jieħu post ir-regolaturi indipendenti għaliex ma jemminx fir-rule of law.
Bil-kummenti ta' Dott Muscat dwar il-BOV, ghal darb'ohra il-Partit Laburista irid jindaħal fit-tmexxija tal-banek, jieħu l-liġi b’idejh u jieħu post ir-regolaturi indipendenti. Dott Muscat qed jikkonferma li ma jemminx fir-rule of law.
Fil-kummenti tieghu dalghodu, Dott Muscat wera li l-Oppozizzjoni ma taghmilx distinzjoni bejn azzjonisti u diretturi u lanqas taghraf x'ghandhom ikunu r-responsabbiltajiet tal-Management. Id-decizjoni ta' min ghandu jerfa’ r-responsabilita’ hija tal-Bord tad-Diretturi u tax-shareholders f’Laqgha Generali Annwali u mhux tal-Gvern. L-interessi tal-konsumatur huma mharsa mill-Awtorita’ Maltija tas-Servzzi Finanzjarji kif gara fil-kaz tal-Valletta Fund Management. Dott Muscat imissu jaf sew li l-Management tal-Bank hu accountable lill-azzjonisti u l-ebda politiku ma jista’ u ma ghandu jiehu f’idejh dak li hu tal-azzjonisti.
Pajjizna huwa meqjus fost l-aqwa fid-dinja fis-servizzi finanzjarji proprju ghaliex ghandu gurisdizzjoni b'sahhitha. Din hi mibnija fuq regolatur indipendenti li jagixxi b'responsabbilta’ kif mehtieg fil-konfront tal-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjizna. Dan isir minghajr indhil mill-Gvern, kif ghandu jkun f’gurisdizzjoni serja.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ Dott Muscat jikxfu l-politika tiegħu u huma ta' thassib serju ghas-settur finanzjarju f'pajjizna u ghall-impjegati li jahdmu f’dan il-qasam. B’riżultat tal-ħidma tal-Gvern, banek u istituzzjonijiet finanzjarji li jimpjegaw eluf ta’ ħaddiema fetħu f’pajjiżna għaliex il-Gvern ma jindaħalx fit-tmexxija tagħhom. Il-Gvern ġab investiment fis-settur finanzjarju f’pajjiżna għaliex għandna regolatur indipendenti imwaqqaf u b’poteri li tagħtih il-liġi.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ Dott Muscat inaffru l-investiment minn pajjiżna, għaliex l-ebda investitur ma jkun lest li jinvesti f’pajjiż fejn il-Gvern jibda jindaħal hu flok iħalli l-istituzzjonijiet indipendenti jagħmlu xogħolhom.
Meta wiehed iqis id-dikjarazzjonijiet ta’ Dott Muscat u l-Malta Labour Party jirrealizza li l-politika laburista għadha l-istess kif kienet qabel għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-istess nies li mexxew lill-pajjiżna meta r-rule of law ma kinitx rispetata, Dott Muscat għamilhom fil-frontbench tiegħu.
Fid-dawl tal-passat tal-Partit Laburista dwar il-banek, id-dikjarazzjonijiet ta’ Dott Muscat illum u l-persuni li Dott Muscatt poġġihom fil-frontbench biex jekk ikollu l-poter jagħmilhom ministri, u b'mod partikolari l-agir tal-Gvern Laburista fil-konfront tan-National Bank, id-dikjarazzjonijiet tal-Malta Labour Party iqajmu thassib serju.
Kuntrarju għal dak li jrid jagħmel Dott Muscat, dan il-Gvern ma jindaħalx fl-amministrazzjoni tal-bank.
Kuntrarju għal dak li jrid jagħmel Dott Muscat, dan il-Gvern iħalli lir-regolaturi jaħdmu skont il-liġi.
Kuntrarju għal Dott Muscat, dan il-Gvern jemmen fir-rule of law.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017