STQARRIJA TAL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA
Din is-sena tiftaħ it-8 dar tal-gvern fil-komunità għall-persuni b’diżabilità
L-ewwel dar residenzjali fil-komunità mmexxija mill-Gvern fetħet għaxar snin ilu. Din is-sena se tiftaħ dar oħra f’Birżebbuġa biex ikomplu jiżdiedu l-postijiet għal persuni b’diżabilità fil-komunità. Din se tkun it-8 d-dar immexxija mill-Gvern.
F’pajjiżna diġa hawn 119-il persuna b’diżabilità li jgħixu fil-komunita’ f’waħda mill-14-il dar differenti amministrati mill-Aġenzija tal-Gvern Sapport jew minn NGOs u l-Gvern iħallas lill-NGOs biex jagħtu dan is-servizz għaliex il-Gvern iqis lill-għaqdiet mhux governattivi bħala sieħba importanti.
Il-Gvern ilu 10 snin li beda joffri s-servizzi residenzjali permezz tal-Aġenzija Sapport, filwaqt li ilu snin twal joffri għajnuna finanzjarja sostanzjali lill-NGOs sabiex anki huma joffru dan is-servizz. Dawn id-djar fil-komunita’ jinsabu fil-Fgura, f’Ħal Kirkop, f’Marsaskala, fl-Imtarfa, f’Bormla, f’Raħal Ġdid, fiż-Żejtun, f’Birkirkara, fil-Kalkara u f’Għajnsielem.
Barra minn hekk id-Dar Madonna tal-Mellieħa inbiet b’kunċett differenti għaliex tagħti servizzi lit-tfal, lil persuni b’diżabilta u lill-anzjani. Dan hu l-aktar ambjent inklussiv offrut tas-sal-lum. Fil-fatt fid-Dar Madonna tal-Mellieħa jgħixu wkoll fiha persuni b’diżaiblità.
Il-Gvern itenni li jemmen fl-inklużjoni u jibqa’ impenjat li joffri servizzi residenzjali għall-persuni b’diżabilità fil-komunità, kif ukoll li jassisti NGOs li joffru dawn l-istess servizzi. Tul il-ħames snin li għaddew, il-Gvern għadda madwar €5.5 miljun lil erba’ NGOs biex jipprovdu servizzi residenzjali fil-komunità għall-persuni b’diżabilità. Dan minbarra l-flus ivvutati kull sena lill-Aġenzija Sapport biex din tibqa’ toffri u żżid is-servizzi tagħha anki fid-disa’ Ċentri ta’ Matul il-Jum fejn jattendu aktar minn 400 persuna b’diżabilità. Il-Gvern nieda wkoll skemi apposta ta’ taħriġ biex persuni b’diżabilità jidħlu f’impjieg. Infetaħ ukoll ċentru li jipprovdi servizzi biex il-persuni b’dizabilità jgħixu kemm jista’ jkun ħajja indipendenti.
Għal darb’oħra l-Gvern itenni li mhux veru dak li qal Dott Muscat li l-Gvern iddeċieda li jzid l-eta' tal-irtirar. Dott Muscat anki fuq din mhux jghid il-verità. Illum persuni li jilħqu l-eta’ tal-irtirar għandhom l-għażla li jibqgħu f’impjieg u jieħdu paga u pensjoni sħiħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017