JITWAQQAF BORD TA’ INVESTIGAZZJONI INDIPENDENTI
Il-Ministeru responsabbli mill-Ambjent jirreferi għall-allegazzjonijiet tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat li fl-inċineratur tal-Marsa qegħdin jinħarqu karkassi li qed jingħad li oriġinaw mill-Afrika ta’ Fuq u li possibilment huma kontaminati bil-marda tal-ilsien u dwiefer.
Il-Gvern ifakkar li l-MEPA investigat il-każ u llum kkonkludiet li ma kinitx qed issir l-ebda attività illegali marbuta ma’ ħruq ta’ karkassi ta’ annimali mill-Afrika ta’ Fuq fl-Inċineratur tal-Marsa.
Il-Gvern ifakkar li permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju 2012, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda kategorikament.
Minħabba li f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni, Leo Brincat qal li dan hu każ ta’ “ħabi”, il-Gvern se jwaqqaf Bord ta’ Investigazzjoni indipendenti sabiex jistabillixxi l-fatti ta’ dan il-każ u cioè jekk ġewx impurtati ‘karkassi ta’ annimali li jistgħu jkunu infettati bil-foot and mouth disease mill-Afrika ta’ Fuq’ sabiex jinħarqu fl-inċineratur tal-Marsa, bi ksur tal-liġijiet, proċeduri u policies viġenti.
Il-Bord ta’ Investigazzjoni Indipendenti ser ikun ffurmat mill-Imħallef Joseph David Camilleri, Dott. Victor Vassallo u Dott. Louis Cassar.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017