Left arrow Mur Lura

AKTAR INVESTIMENT FL-ORTIKULTURA

pr1286
Date Icon 06/06/2012

Għada jiftaħ festival ta’ fjuri u arti fi Triq Bisazza, Tas-Sliema

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, flimkien mal-Assistent Parlamentari l-Onor. Philip Mifsud, żaru l-istabbiliment ta’ Sherries Garden Centre f’Burmarrad.

Permezz tal-fondi mill-Programm għall-Iżvilupp Rurali Sherries Garden Centre investa u kabbar biex dan il-kumpless kiber, u llum jikkonsisti f’agricultural stores fejn jiġi miżmum il-kompost, f’ġibjun mifrux taħt art kbira 20 metru b’9 metri li tintuża bħala car park u li jiflaħ mat-23 miljun litru ta’ ilma fis-sena. Din il-kumpanija investiet ukoll shading house fejn jikbru l-pjanti u f’sistema ta’ panelli solari li ta’ kull sena tipproduċi 19,500KW.

Il-Ministru Pullicino spjega kif din il-kumpanija li nvestiet madwar €350,000, ingħatat l-għajnuna mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali li laħqet il-€150,000. Din l-għajnuna għenet biex din il-kumpanija kompliet tikber u toħloq ukoll akar postijiet tax-xogħol. Huwa fakkar kif mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali għas-snin 2007-2013, Malta assigurat ‘il fuq minn €100 miljun. Minn dawn il-fondi, sa’ llum l-Aġenzija għal Pagamenti pproċessat €80 miljun lil aktar minn 8,000 benifiċjarju.

Intant waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw aktar dettalji dwar il-festival ta’ Fjuri u Arti ġewwa Triq Bisazza Tas-Sliema. Bejn is-7 u d-9 ta’ Ġunju 2012, mill-10.00am sat-8.00pm kuljum Triq Bisazza ser tiġi trasformata fi ġnien ikkulurit u artistiku. Nurseries lokali, matul dawn it-tlett ijiem, filwaqt li ser iżejnu l-ambjent ta’ din iż-żona kummerċjali, dawn il-kumpaniji ser ikunu qegħdin ukoll joffru l-prodotti u s-servizzi tagħom lil dawk preżenti. Il-ħwienet ta’ dan iċ-ċentru kummerċjali se jkunu miftuħin ukoll il-Ħamis 7 ta’ Ġunju, matul il-ġurnata. Din hija attività oħra taħt il-kampanja Naturalment Malti li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jorganizza sabiex iżżid l-għarfien dwar il-prodott agrikolu lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow