STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAR-REĠISTRATUR TAL-QORTI F’GĦAWDEX
pr1279
06/06/2012
Dalgħodu seħħ inċident fil-Qorti ta’ Għawdex li fih raġel involut f’kawża ċivili ħebb għall-parti l-oħra fl-istess kawża. L-inċident seħħ fl-awla quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli.
Raġel sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Fl-inċident, avukat li daħal biex iferraq liż-żewġ partijiet, weġġa’ ħafif. Il-pulizija arrestat lil dak li allegatament wettaq l-aggressjoni.
Il-Maġistrat Paul Coppini ordna li ssir inkjesta dwar dan l-inċident.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017